Żjara tal-Kap tal-Oppożizzjoni l-Onor. Dr Adrian Delia fil-Valletta Subbuteo Club

Tuesday, October 9, 2018, 9:00

Il-Kap tal-Oppożizzjoni l-Onor. Dr Adrian Delia flimkien max-shadow minister tal-isports l-Onor. Ryan Callus żaru l-Valletta Subbuteo Club, fl-okkażjoni tal-anniversarju tat-30 sena mit-twaqqif tal-klabb u qabel mat-tim jitlaq għal-kompetizzjoni taċ-Champions league, li din is-sena ser issir f’Palma de Mallorca.

Valletta Subbuteo Club kienu onorati b’din iż-żjara u Dr Delia iltaqa’ mat-tim imexxi mil-kaptan Derek Conti.

Preżenti wkoll kien hemm il-president is-Sur Felix Rizzo u is-segretarja s-Sinjura Monalita Balzan.

Dr Adrian Delia kien entużjast, jisma bis-suċċessi ta’ dan il-klabb u ta’ dan l-isport. Huwa stqarr, li sport bħal dan li jġib ir-riżultati għandu jiġi iktar rikonoxxut.





Leave a comment