Zjara lil Assocjazzjoni Maltija tal-Cricket

Monday, August 12, 2013, 8:47

Is-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport, Stefan Buontempo, għamel żjara lill-Assoċjazzjoni Maltija tal-Cricket waqt turnament li kien qed jiġi organizzat bejn tim Malti u tim minn New South Wales l-Awstralja.

F’diskors qasir, is-Segretarju Parlamentari Buontempo, qal li dawn it-tip ta’ żjajjar minn timijiet barranin huma xhieda tal-potenzjal li pajjiżna għandu fil-qasam tat-turiżmu sportiv. Huwa awgura li klabbs sportivi jkomplu jieħdu l-inizjattivi biex jattiraw aktar lejn pajjiżna turiżmu sportiv.

Il-cricket f’Malta ilu jintlagħab fl-istess post aktar minn mitt sena u kull sena din l-assoċjazzjoni tospita timijiet barranin biex iqattgħu perjodu ta’ taħriġ f’pajjiżna.

 





Leave a comment