Zezinando – plejer Portugiz għal prova ma timijiet Maltin

Friday, May 28, 2010, 23:28

Zezinando (numru 8 ) fl-azzjoni waqt logħba tat -Tazza tad-Dinja U/20 ġewwa il–Kanada, kontra it–Turkija.

Għadda minn widnejna li hawn Malta kien hawn għall prova plejer ta talent kbir ta 23 sena bl-isem ta Zezinando Odelfrides Gomes Correia u sportinmalta.com bilfors kellu jindaga. Dan il-plejer imlaqqam Zizi fil-Portugal, hu imwieled fil-Guinea-Bissau, u kien għazla awtomatika fil-livelli kollha minn taħt il-ħmistax il-sena sa taħt l-għoxrin sena, man-Nazzjonal Portugiza, fejn kien imexxi il-midfield flimkien ma plejers bħal Ronaldo u Nani.

Dan il plejer kellu sessjonijet ta tahriġ kemm ma Sliema Wanderers FC kif ukoll ma Hibernians FC, fejn jidher li ħalla impressjoni tajba hafna. Nies li rawh f-dawn is sessjonijet qalu li baqaw impressjonati bil-“passes” perfetti, bit-teknika kbira u bil-vizjoni li għandu tal-logħba u żgur li dan il-pleyer ikun ta’ għajnuna kbira għal dak it-tim li jirnexxilu jakkwista l-firma tiegħu. Minn riċerka li dan is-sit ghamel fuq Zezinando, il-plejer ġej mill-akkademja tal-iSporting Lisbon, u jidher li kien ferm vicin li jingħaqad mal-Hearts FC fil-Premier Skocciz, iżda jidher li is-somma flus li Sporting Lisbon riedu għall dan il-plejer kienet għolja wisq. Xi ġurnalisti Portugizi saħansitra ipparagunawh ma Makele u kien hemm ħafna kliem ta tifħir wara il-prestazzjonijiet mat-team nazzjonali ta taħt l-għoxrin sena.   Dan il-plejer issa huwa “free agent” u ġabuħ hawn Malta JPL Sport Events, l –istess agenzija li ġabet il Parma FC hawn Malta f ‘Diċembru.

Tkellimna ma Louis Agius, raprezentant ta JPL Sports Events, fejn qalillna li ħataf l-okkazzjoni biex igib dan il pleyer hawn Malta hekk kif sar jaf li dan il pleyer sar “free agent” u il-klabb li kien misluf mieghu Estrella Amadora (tieni Divizjoni Portugiza) issa għandhom problemi finanzjarji kbar. Aguis qalilna “Zezinando huwa player ta kwalita gholja u zgur ikun ta attrazzjoni jekk narawh jilghab fil-BOV Premier League. Ghalkhemm ghadu zghir fl-eta, għandu esperjenza fix-xena internazzjonali fejn lagħab flimkien ma players bħal Ronaldo u Nani.”

Nisperaw li naraw iktar minn dawn il-plejers ta kalibru jiġu attirati lejn Malta ghax b’hekk jista jgħin biex l-livell tal-lig lokali jogħola.





21 Comments

  1. forza qormi says:

    toqod tqis..kull barrani li gabu qormi dejjem kin tajjeb….camillo, ramon, effiong..nisperaw li jibqaw malta forsi jitilaw man nazzjonal

    [Reply]

  2. clint zammit says:

    @sliema d best (ghal waterpolo imma) qabel ma tghid li thajjarna , dan mux intom gibtuh ta, issa I’ll kumpanija li gabitu qed toffrih lil kull club halli takkwista lahjar kuntratt possibli. Voldieri bhal ma offrewh lilkom ul hibs , offrewh lilna ukoll

    [Reply]

    sliema d best Reply:

    @clint , ahna d best , ghax vera d best , u f kollox d best, ha naraw kemm int tajjeb fil maths, mela ahna hadna 110 tazzi , issa naqas min din is somma , it tazzi li hadtu inthom , u tara kif jifdal xi 40 tazza skrepanza , bejna u bejnkom , lol , issa ghamel ezami tal kuxjenza u tara min hu il vera d best , lol

    [Reply]

  3. andy says:

    Fuq Replay qalu li Zezinando hu ferm vicin li jinaqad ma Sliema

    [Reply]

  4. sliemaboy says:

    Thank you Sliema, the fact that you got this player on trial shows that you are on the right track in rebuilding the squad. Hope we did not do all this work and someone else snaps him up. 

    [Reply]

  5. up the blues says:

    Tajba Dun …mhux ahjar taraw xi strangieri tixtru ! Kollha ghamlu success kbir – Den Ouden, Crujff, O’Brien, Monesterolo (the return), Massaro…..nahseb l-ikel ciniz jghamillhom hazin  :) .    

    [Reply]

    valletta fc Reply:

    jiena dun. nahseb ma tantx tista titkelem fuq barranin ux hekk inthom fuq strangieri. ghax ghandkom il frejjeg taghkom ukoll. issa tkun taf x,barranin se jkolna min jaf forsi tergaw toholmu ikrah bhal ma gralkom fuq steve borg tiftakara?!! loooool

    [Reply]

    sliema d best Reply:

    naqbel mijak fuq il baranin, it tnejn li ahna ghamilna il frejjeg fuq l ghazla tal baranin , mhemmx x taghmel ux , ghalinqas niprovaw, isma perez li wasal biex jispicca mejju , int ghaL LIEMA XAGHAR TA MEJJU TKUN QEDT TIRREFERRI LI TIEHDU IL LEAGUE, ghax ijlek is snin tghid li f mejju …. he he , tiftakara liljun qabad jiteweb lol, u jiteweb baqa

    [Reply]

  6. sliema d best says:

    ha ha listess bqajt dun , alla hares noqghodu fuq kull ma tghid int , ghax kieku qas ninzlu nilghabu gol ground , player tajjeb vera , pero zgur li issa serahtli rasi , ghax kull ma tghid int , il kontra jigri

    [Reply]

    valletta fc Reply:

    SLIEMA THE BEST JIENA ID DUN PROPJA DAN LI KITEB B,INIZJALI TIJAJ LI NISTA NAJDLEK MHUX JIENA DUN TA BELT OK! xi hadd ma ghandux x,jaghmel jeww irrid jihdu F… KEMM GHANDU. zgur SERRAH RASEK

    j,alla jigi maghna dan il palyer imma vera

    [Reply]

  7. DUN.... says:

    ghal min ma jafx ilejla il player kien qedd jikol cinese ghand il kbir Victor Scriha………. holma ghalikhom tal Hibs u Sliema u Sucess ghalina Valletta FC . Grazzi lil Louis Aguis li resqu lejn Scriha ukoll. Tuesday jibda training ma Valletta FC ghal min jixtieq jigi jara il qawa ta dan il player.

    [Reply]

  8. up the blues says:

    kuragg blues , zezinando ser jaghmel id differenza, forza Sliema

    [Reply]

  9. sliema d best says:

    IS SOLTU IL BELT JITHAJRU , ghal kull ma naghmlu ahna is sliema, nisperaw li narawh bil flok blue , ghax player bhal dan jixraqlu jilghab , ma l iktar club glorjuz ta malta

    [Reply]

  10. pompa tal liri says:

    b talent KBIR u gie hawn?????

    [Reply]

  11. andy says:

    thawwad !! ma min iffirma il plejer ? imsomma prosit tassew lil min iffirmah mieghu.

    [Reply]

  12. valletta fc says:

    j,alla il klabb ta belt jinteressa ruhu ghalih ghax jekk issier hekk ohrajn ghalxejn javicinawh!

    [Reply]

  13. gejtu says:

    rajtu jittrenja ma Sliema, veru player tajjeb u ta talent kbir. Nispera li is Sliema diga iffirmawh

    [Reply]

  14. valletta fc says:

    BLA dubju player bhal dan barra li hu tajeb ikun jixtieq support numerus hafna ghal hekk bla dubju Vallletta FC jistaw jisodisfaw il kriterji tieghu!!!

    [Reply]

    demblu Reply:

    Irringrazzjaw l’Alla li ghalmenu hadtu t-trofi din is-sena ghaliex niddubita kemm kien jibqa maghkom ix-xriha. Biex forsi tiedhu l-kampjonatt tridu tixtru kull plejjer malti sura li hawn fil-pajjiz akkost li thalluhom fuq il-bank jithalsu ta’ xejn.
    Bilhaqq mhux ser tingaggawh lil Mifsud, jew ghali wisq ghal butkom.?

    [Reply]

  15. Hibs says:

    Skond ir rahal Dan ghall maghna . Forza Hibs ha ngibu l league lejn Rahal gdid .

    [Reply]

  16. Forza Sliema says:

    Rajt lil dan il player jittrenja maghna , veru player kbir !, thallihx jahrabilna Sur Abela !, B’Zezinando maghna zgur it team tas Sliema jaghmel Qabza fil Kwalita 

    [Reply]

Leave a comment