Żewġ turnaments internazzjonali tal-isnooker ta’ livell għoli f’pajjizna

Tuesday, December 31, 2019, 15:57

Il-Malta Billiards and Snooker Association bil-kollaborazzjoni tal-World Snooker Federation tixtieq tħabbar li fil-ġranet li ġejjin sa jiġu organizzata għall-ewwel darba żewġ turnaments internazzjonali tal-isnooker ta’ livell għoli f’pajjizna.

L-ewwel turnament sa jkun id-WSF Juniors under 17, li sa jsir bejn l-4 u d-9 ta’ Jannar li fih sa jipparteċipaw madwar 60 pleyer minn madwar id-dinja inkluż żewġ plejers Maltin, Matthias Debono u Luke Pace.

It-tieni turnament sa jkun il-Malta Open, bejn l-10 u s-17 ta’ Jannar li fih sa jipparteċipaw madwar 160 pleyer li ġejjin minn madwar id-dinja, fosthom eks pleyers professjonali ta’ livell għoli ħafna, kif ukoll plejers Maltin bħal Tony Drago, Duncan Bezzina, Brian Cini, Aaron Busutill, Philip Ciantar u tant oħrajn.

Il premju prinċipali lir-rebbieħ ta’ dawn it-turnaments sa jkun tour card valida għal sentejn biex jipparteċipa f’turnaments internazzjonali.

Il-logħob ta’dawn it-turnaments li sa jkun ikkontrolat minn referees barranin flimkien ma’ referees Maltin, sa jsir ġewwa l-Akkademja tal-MBSA il-Ħamrun, bil-fażi finali jintlagħbu ġewwa San Antonio Hotel il-Qawra, fejn il-logħob sa jkun live streamed ukoll.





Leave a comment