Żewġ records Nazzjonali fl-Għawm fil-Medley

Friday, June 3, 2011, 20:41

Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar tal-Ewropa

Minn Sandro Micallef li qed jirraporta minn Vaduz Liechtenstein uffiċjalment għal Melita Sports.

It-Tim tal-Irġiel wara li kisru r-record nazzjonali fil-4 x 100 Freestyle

It-Tim tal-Irġiel wara li kisru r-record nazzjonali fil-4 x 100 Freestyle

L-impenn tal-għawwiema Maltin fl-14 -il edizzjoni tal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar spiċċa fuq nota pożittiva hekk kif il-Ġimgħa filgħaxija fl-aħħar jum tal-kompetizzjoni tal-Għawm iż-Żgħażagħ Maltin waqqfu żewġ records Nazzjonali oħra fiż-żewġ  Medleys kemm tal-irġiel u Anke tan-Nisa.

Prosit lit-tim tal-Irġiel kompost minn Andrea Agius, Edward Caruana Dingli, Mark Sammut u Andrew Chetcuti u lin-Nisa Nicola Muscat, Melinda Sue Micallef, Talisa Pace u Davina Mangion tal-impenn li taw matul dawn l-aħħar erbat ijiem ta’ għawm bla waqfien filgħodu fil-Heats u anke fil-finali ta’ kull filgħaxija.

Prosit ukoll lil Kowċ Nazzjonali Andy Colbourn li ħa ħsieb il-preparazzjoni ta’ dawn l-atleti fl-aħħar xhur.

Ir-Riżultati fl-aħħar ġurnata kienu dawn:

Neil Agius 400 Individual Medley spiċċa s-seba’ f’ħin ta’ 4:52.21. Personal best tal-istaġun.

Nisa 4 x 100 Free
Spiccajna r-raba’ 4:01.12 record Nazzjonali kien ta’ 4:02.99

Irgiel 4 X 100 Free
Spiccajna r-raba’ f’hin ta’ 3:35.00 record Nazzjonal kien dak ta 3:38.55

Iktar ritratti illejla.





Leave a comment