Żewġ plejers ta’ Valletta Subbuteo Club jaslu sas-semifinali fil-Grand Prix tal-Belġju 2019

Tuesday, September 17, 2019, 7:38

Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet ġie organiżżat it-turnament internazzjonali, il-Grand Prix tal-Belġju.

Is-Sibt ġew organizzati l-kompetizzjonijiet individwali.  Żewġ plejers ta’ Valletta Subbuteo Club ħadu sehem fil-kategorija Open.

Derek Conti u Angelo Borġ, wara li għaddew il-fażi tal-gruppi komplew javvanzaw.

Derek Conti lgħab il-kwarti tal-finali kontra l-plejer tat-tim Belġjan As Hennuyer, David Vantassel.  Conti rebaħ bl-iskor ta’ 6-1.  Fis-semifinali Conti lagħab konta l-plejer Belġjan tat-tim Charleroi Sc, Justin Leroy fejn ġie megħlub bl-iskor ta’ 4-3.  L-istess Justin Leroy kien ir-rebbieħ ta’ dan il-Grand Prix.

Angelo Borg f’dan it-turnament iddebutta għall-ewwel darba bil-flokk ta’ Valletta Subbuteo Club.  Fil-kwarti tal-finali Borġ rebaħ bl-iskor ta’ 1-0 kontra l-plejer tat-tim Belġjan RocheforteTS, William Van Den Haute.  Fis-semifinali Borġ sfortunatament tilef bix-‘shots’ 2-1, wara li kien f’parita mal-plejer tat-tim Belġjan Charleroi SC, Chris Dheur.

Fil-kategorija tal-Veterani wara li għaddew mill-gruppi John Zammit ta’ Bormla SC wasal  sal-aħħar 16 u Jason Pisani ta’ Master Sanremo wasal sal-kwarti tal-finali. It-tim ta’ Pisani Master Sanremo waslu sal-kwarti tal-finali .

Fl-istess tmiem il-ġimgħa sar l-International Open ta’ Firenze, fejn it-tim ta’ Napoli Fighters li magħhom ħa sehem l-uniku player Malti Massimo Cremona, rebħu t-turnament tal-kompetizjoni tat-timijiet. Fil-finali huma għelbu lil Fiamme Azurre 2-1, biex imbagħad fil-Kategorija Open wara li avvanza mill-istadju tal-gruppi Cremona wasal sal-aħħar 16.

Intant l-impenn li jmiss għal Valletta Subbuteo Club se jkun fic-Champions League li ser tintlagħab fl-aħħar tmiem il-ġimgħa ta’ Ottubru 2019.





Leave a comment