Żewġ midalji għal Sara Xuereb fil-Kampjonati Ewropej taż-Żgħażagħ tal-Bowling

Monday, April 22, 2019, 9:25

Sara Xuereb marret pass ‘il quddien mill-aħħar darba u rebħet midalja tal-fidda u oħra tal-bronż fl-EYC li ntlagħbu fi Vienna. Wara li rebħet il-grupp tagħha b’medja brillanti ta’ 208, spiċċat fit-3 post minn 65 plejer. Fis-semifinali, ma kellhiex problemi biex tegħleb lil Ġermaniża Niehusenand, u b’hekk waslet sal-finali kontra r-Russa Victoria Kashirskaya. Din kienet logħba ferm akkanita, li spiċċat favur ir-Russa meta fl-aħħar frame Xuereb kienet sfotunatata li ġabet split.

Xuereb rebhet midalja oħra fil-Masters meta spiccat fit-tielet post.

Wara li kkwalifat fl-14-il post minn 65 plejer, fl-ewwel logħba għelbet lill-Ingliża Lucy Williams  2-0 u kompliet bl-istess riżultat kontra l-Finlandiża Peppi Konsteri. Fil-kwarti tal finali, wara bidu xi ftit kwiet fejn tilfet l-ewwel logħba, Xuereb rebħet it-tieni u t-tielet logħba kontra l-Iżvediża Nora Johansson biż-żewġ logħbiet ikunu missielta sal-aħħar! Fis-semifinali, Sara lagħbet kontra t-tieni Żvediża, Hanna Engberg, fejn tilfet l-ewwel logħba iżda rebħet it-tieni logħba biex sfurzat decider. Dan kien deċiż fl-aħħar żewġ frames fejn Engberg spiċċat b’sensiela ta’ strikes biex għelbet lil Sara 224-194.

Fil-finali l-Ingliża Isabel Allen għelbet lil Engberg biex ħadet il-midalja tad-deheb. Sara tirritorna Malta b’żewġ midalji fiż-żewġ kompetizzionijiet li setgħet tieħu sehem f’dawn il-kampjonati, biex b’hekk kompliet iżżid fuq is-suċċessi internazzjonali tagħha, inkluż fil Kampjonati tal-Mediterran tal-Bowling li ntlagħbu f’Marzu li għadda.





Leave a comment