- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Żewġ medalji tad-deheb għal Malta fit-Turkija

Posted By Sportinmalta On November 7, 2013 @ 1:28 pm In Featured | No Comments

F’Kemer , Antalya fit-Turkija suċċess doppju tat-tim Malti tal-bocce magħmul mill-aħwa David u Rennie Farrugia . Bejn l-1 u 3 ta’ Novembru, it-tim Malti li kien qed jieħu sehem fil- 5 Edizzjoni tat-Tournament Internazzjonali Open tat-Turkija fil-finali għeleb lit-Turkija 12 – 2 filwaqt li l-Libja spiċċat fit-tielet post. Sabiex waslu sal-finali, David u Rennie Farrugia għelbu lit-timijiet nazzjonali tat-Tuneżija, Latvija, Egittu, Slovakkja u Algerija.

David Farrugia kompla fejn ħalla fl-aħħar edizzjoni tal-Logħob tal-Mediterran fejn fil-finali tas-singles f’Kemer irnexxielu jirbaħ il-medalja tad-deheb wara li fil-finali għeleb lil parteċipant tas-Slovakkja 12-3 b’dak tal-Latvija jispiċċa fit-tielet post. Sabiex wasal sal finali David Farrugia gheleb lir-rappreżentanti tal-Eġittu, Tuneżija, Slovakkja u Mongolja kif wkoll lil dak tat-Turkija fis-semi finali.


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/zewg-medalji-tad-deheb-ghal-malta-fit-turkija/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.