- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Żewġ logħbiet ta’ ħbiberija għat-tim nazzjonali ta’ taħt is-17-il sena kontra Frosinone

Posted By Sportinmalta On June 12, 2018 @ 2:20 pm In Featured,Football | No Comments

It-tim nazzjonali Malti ta’ taħt is-17-il sena se jkun qed jilgħab żewġ logħbiet ta’ ħbiberija kontra ż-żgħażagħ tal-klabb Taljan ta’ Frosinone waqt training camp li se jsir fl-Italja aktar tard din il-ġimgħa.

Dan it-training camp ta’ ħamest ijiem huwa parti mill-preparazzjoni għar-round ta’ kwalifikazzjoni tal-Kampjonat UEFA U-17 2018/19

It-tim Malti ta’ taħt is-17-il sena se jilgħab kontra l-Awstrija, s-Slovenja u l-Bulgarija fi Grupp 3 waqt il-mini tournament li se jsir fis-Slovenja f’Ottubru li ġej.

Għal dan it-training camp qasir, il-kowċ tat-tim Malti Noel Turner u l-assistent tiegħu Ronald Vella se jieħdu skwadra ta’ 21 player.

Il-logħob ta’ ħbiberija kontra Frosinone huma skedati għall-Ġimgħa (15 ta’ Ġunju) u l-Ħadd (17 ta’ Ġunju), biż-żewġ logħbiet jibdew fil-17.00.

L-iskwadra magħżula minn Turner tinkludi players li diġà rrapreżentaw lil pajjiżna fil-UEFA Youth Development Tournament, li ntlagħab fis-Centenary Stadium aktar kmieni din is-sena.  It-tim Malti ta’ taħt is-16-il sena kien spiċċa fl-ewwel post fit-tournament, wara li rebaħ il-logħob kollu li kellu kontra Andorra, Ġibiltà u Liechtenstein.

L-ISKWADRA

Goalkeepers: Dylan Ciappara (Mosta); Reeves Cini (Pietà Hotspurs); Matthias Debono (Ħamrun Spartans).

Difensuri: Gianluca Borg (Pietà Hotspurs); Ismael Borg (Mosta); Matthew Ellul (Hibernians); Kurt Galea (Pietà Hotspurs); Sheldon Mizzi (Pietà Hotspurs); Luke Daniel Musu (San Ġwann); Sean Schembri (Qormi); Miguel Tabone (Ħamrun Spartans).

Midfielders: Leo Agius (Floriana); Emerson Camilleri (Pietà Hotspurs); Nikolai Farrugia Cross (Birkirkara); Jordan Kelly (St Andrews); Glen Mifsud (Hibernians); Gianluca Sciberras (Mosta); Owen Spiteri (San Ġwann).

Attakkanti: Jake Bone (Pietà Hotspurs); Jake Engerer (Cesena); Mattia Veselji (St Andrews).


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/zewg-loghbiet-ta-hbiberija-ghat-tim-nazzjonali-ta-taht-is-17-il-sena-kontra-frosinone/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.