- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Żewġ kowcis ġodda fic centru tekniku tal-MFA

Posted By Sportinmalta On July 11, 2015 @ 5:35 am In Featured,Football | No Comments

Il-Malta Football Association tħabbar li laħqet ftehim ma’ żewġ kowċis ġodda li se jagħmlu parti miċ-Ċentru Tekniku tal-MFA.

 

Dawn huma David de Sousa Nascimento, Portugiż li għex fl-Olanda u li għandu 49 sena u Peter Pullicino, eks-plejer tat-tim nazzjonali Malti.

 

De Sousa Nascimento hu eks-plejer ta’ Amora FC, Barreirense FC, Vitoria de Setubal FC u Victoria Guimares FC fil-Portugall u Waalwijk FC, Roda FC, Utrecht FC, Roosendal FC u Sparta Rotherdam FC fl-Olanda. Hu għandu esperjenza vasta fil-kowċing fejn ħadem fl-akkademji ta’ Utrecht FC u ma’ Sparta Nijkerk FC filwaqt li kien ukoll assistant coach tal-ewwel tim ta’ Utrecht FC. De Sousa Nascimento hu l-fundatur tal-akkademja tal-futbol f’The Hague u ħadem fil-Messiku ma’ Chivas Guadalajara u ma’ Mamelodi Sundowns fl-Afrika t’Isfel. Hu għandu wkoll esperjenza ta’ Direttur Tekniku ma’ Apoel FC f’Ċipru. De Sousa Nascimento nħatar bħala Youth Development Officer u kowċ tat-tim nazzjonali ta’ Taħt id-19 il sena.

 

Peter Pullicino lagħab 22 darba għat-tim nazzjonali Malti, filwaqt li fil-karriera tiegħu lagħab ma’ Hibernians FC, Msida St. Joseph FC u Marsaxlokk FC. Peter Pullicino nħatar bħala Physical Trainer mas-selezzjonijiet nazzjonali.

 

Iċ-Ċentru Tekniku tal-MFA ikkonferma wkoll lil Sergio Soldano bħala kowċ fl-akkademja tal-MFA.


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/zewg-kowcis-godda-fic-centru-tekniku-tal-mfa/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.