Żewġ gowls ta’ Rogerinho ma kienux biżżejjed għal Luxol

Wednesday, October 11, 2017, 21:53

Fl-ewwel logħba minn Grupp 8 tar-rawnd prinċipali tal-UEFA Futsal Cup, Luxol ġew megħluba 5-2 mit-tim ospitant ta’ Deva.
Ir-Rumeni temmew l-ewwel taqsima b’vantaġġ ta’ tliet gowls mingħand Dumitru Stoika, Florin Matei u Marius Matei. Fil-bidu tat-tieni taqsima Alpar Csoma kompla jkabbar il-vantaġġ għal Deva. Għaldaqstant Luxol ma remewx ix-xugaman u rnexielhom jnaqsu l-iskor b’żewġ gowls ta’ Rogerinho. Il-gowlkiper Toni Tonita għamilhom 5-2 u Marius Matei falla penalti fl-aħħar minuta.
Luxol jerġgħu jkunu fl-azzjoni għada fit-tlieta u nofs ta’ waranofsinhar kontra Araz Naxcivan tal-Ażerbajġan.





Leave a comment