Zerafa mill-ġdid mal-Belt

Wednesday, May 5, 2010, 8:50

Skond sorsi infurmati tajjeb, l-ex striker prolifiku Belti, Jesmond Zerafa mistenni jiffirma kuntratt fil-jiem li ġejjien ta’ sentejn bħala kowċ mat-tim ta’ pajjiżu l-Belt Valletta. Jesmond Zerafa għandu esperjenza twila bħala plejer, fejn lagħab għal snin twal fil-Premier ma’ Valletta FC. Huwa ingħaqad ma’ Qormi FC bħala it-Team Manager tagħhom għal istagun 2007/2008 wara esperjenza ta’ tlett snin ma’ Tarxien Rainbows.  Meta kien ma’ Traxien hu kellu jasisteh lil Anthony Dalli bħala coach minħabba li Dalli kellu liċenzja ta’ coaching u Zerafa le.

Jiem ta' ħsieb għal Zerafa qabel jiddeċidi l-futur tiegħu

Jiem ta' ħsieb għal Zerafa qabel jiddeċiedi l-futur tiegħu

Eventwalment mar ma’ Qormi fejn Zerafa bl-esperjenza kemm ta’ player u kemm bħala coach jew Team Manager, kellu tlett staġuni sodisfaċenti. Fil-fatt fl-ewwel stagun tiegħu magħhom huwa irnexxielu iwassal lit-tim ta’ Hal -Qormi fil-Premier fejn żamm postu hemm. Dan l-istaġun kien wieħed tajjeb ħafna għal Qormi fejn għamlu xi żmien anke fl-ewwel post wara serje ta’ riżultati pożitivi li anke kkonferma post fic-Championship Pool u illum qegħdin jiġġieldu għall-post f’kompetizzjoni ta’ l-Ewropa. Dan minbarra li jinsabu fis-semi-finali ta’ l-FA Trophy.

Jesmond Zerafa kien beda il-karriera tal-coaching mat-tim ta’ Valletta ezatt malli temm il-karriera tieghu ta’ player ma Birkirkara FC fl-istagun 1996/97. Huwa beda jikkowcja lit-tim ta’ Valletta ta’ taħt it-18-il sena, fil-waqt li is-sena ta’ wara nħatar bħala assisent coach tal-Bulgaru Kris Manolov ma’ l-istess Valletta. Dak l-istess staġun kellu ikun wieħed li ma jintesa qatt fil-futbol Malti għaliex Valletta FC taħt it-tmexxija tiegħu rebah rekord ta’ sitt tazzi.

Minn hawnhekk Zerafa inghaqad ma Tarxien u fl-ewwel staġun tiegħu rebaħ il-promozzjoni għall -Ewwel Divizjoni. Fit-tieni staġun falla għal ftit fit-tentattiv tiegħu għall-promozzjoni fil-kampjonat Premier, filwaqt li fl-istaġun ta’ wara rebaħ in-Knock-Out tal-Ewwel Divizjoni, li kellu ikun l-ewwel unur tieghu bħala coach.

Milli jidher il-klabb Belti illum qieghed jagħraf il-kapaċitajiet ta’ Jesmond Zerafa bħala coach u għalhekk wassal biex wara staġun ieħor diżżapuntanti jikkonsidra bis-sħiħ lil dan il-bniedem li imexxi lit-tim ta’ pajjiżu għar-rebħ tal-Kampjonat, kampjonat li ħarab minn taħt idejn il-klabb Belti minkejja l-aspirizjonijiet kbar tagħhom. Ovvjament dak kollu iħalli diversi mistoqsijiet fosthom il-kuntratt tal-kowc prezenti ta’ Valletta FC ta’ tlett snin u kif il-klub Belti sejjer iholl dan il-kuntratt bl-ispejjez kolha li jista igib mieghu dan kollu. Iżda Caanen diġa qali li se jiriżenja fi tmiem l-istaġun u allura mhux se jkun hemm problemi simili.

Barra minn dan wiehed irid jara jekk players li dan l-istaġun lagħbu bil-flokk ta’ Hal-Qormi u li jinsabu fuq il-kotba tal-Belt humiex se jergħhgu isibu posthom lura. Dawn huma Stefan Giglio, Keith Fenech, Massimo Grima u Jonathan Bondin, l-aħħar tnejn bl-akbar possibilita’ li dan jiġri wara l-istaġun impekkabli li huma kellhom u li għenu biex il-klabb ta’ Hal-Qormi kellu l-aqwa staġun fl-istorja tiegħu.

L-ahhar mistoqsija tqum dwar il-kwalifiki neċċessarji li coach irid ikollu bżonn biex imexxi klabb tal-Premier. Skond ir-regolamenti ta’ l-MFA, klabb fil-Premier irid ikollu coach kwalifikat b’liċenzja UEFA ‘A’. Għaldaqstant dan jagħmilha impossibli li Jesmond Zerafa jidher huwa bhala coach kif fil-fatt ukoll ġara ma’ Hal Qormi fejn kien qiegħed jidher tajjeb għalih Vince Carbonaro minħabba li huwa kwalifikat bil-licenzja ‘A’. Minn naha l-oħra qieghed jissemma li din ma għandhiex tkun problema lanqas ma’ Valletta FC ghaliex il-pozizzjoni ta’ Zerafa mal-klabb tkun dik ta’ Team Manager u jidher għalih kowc bl-liċenzja ‘A’ possibilment il-player prolifiku Belti Gilbert Agius li għandu din il-licenzja.

sportinmalta.com għanda informazzjoni wkoll li Nardu Farrugia ex-Player ta’ Valletta u tat-Team Nazzjonali Malti li għandu wkoll il-liċenzja A jista’ jgħin lil Zerafa fuq il-bank ta’ Valletta. It-trattativi għadhom mux konklużi.





7 Comments

  1. vfc says:

    @ Joshua Cacciattolo ………..Ghamlilna pjacir u TINDAHALX fl affarijiet tal klabb taghna,mhux affarik x jaghmel IL KING Victor Schriha,ahjar tghidilna min ghamlek kummentatur fuq it TV lilek!!

    [Reply]

    Karl S Reply:

    vfc mhux ahjar tara kif se tirranga l-affarijiet fil valletta u trid taccetta illi issa il kritika lejn il belt trid tkun ghax huma fallew fil miri taghhom…irridu inkunu sportivi

    [Reply]

    BELTI PUR Reply:

    FALLEJNA KIEKU MA HADNA XEJN KARL L ANQAS BISS TIBDA FEJN SANDRO MICALLEF U KUN FER MAL BELT GHAJJUR IEHOR

    [Reply]

  2. valletta fc says:

    int tisejah gurnalista? ticekjahom seww affarijiet qabel tpeclaq is soltu storja sur habbaziez

    ghal informazjoni tijak qabel tibda titfa xi forma ta dubji u ??? fuq il klabb taghna tajjeb li tkun taf li kieth fenech mhux player ta belt u dan illu ga season mhux player taghna imma ta qormi … massimo grima spicalu kuntrat ukoll gifiri jekk dawk ta sa nofs inhar irriduh jigu bil cash u jahlsu parametri tijaw u jzomuh kemm irridu wara kollox ma ghadnix bzonnu illum il gurnata drajna minghajru u hemm steve borg floku

    [Reply]

  3. dumpy says:

    well said joshua. But who will really assist zerafa ? I do not think gillly will accept ! Dumpy

    [Reply]

  4. peppi says:

    JIEN NAHSEB LI JEKK TIXTRU 6 PLAYERS OHRA TKUNU HEMM GHAX FTIT GHAMILTU AKWISTI DIN IS-SENA:). IKTAR MA TIXTRU U TBIDDLU IKTAR TAHWID JKUN HEMM … AWGURI GHALL SENA OHRA TA FJASK …

    [Reply]

  5. Joshua Cacciattolo says:

    Storja li hija biss formilta ghax kulhadd kien qijad jistennija. Sur Victor ilum il-gurnata taf li zbaljat li nehhejt lil Paul Zammit. Kun ta support ma dan coach Belti iz-zmien huwa importanti biex coach jaddatta ghal affarijiet tieghu

    [Reply]

Leave a comment