Zejtun u Gzira l-finalisti

Wednesday, September 4, 2013, 10:16

Minn Robert Busutill

Wara li l-bierah kompliet it-Tazza Powerade fl-Istadium Victor Tedesco fil-Hamrun, saru maghrufa z-zewg finalisti ta’ din il-kompetizzjoni.

Fil-fatt se jkunu Zejtun Corinthians u Gzira United li ser jikkontestaw din il-finali wara r-rizultati li kellna l-bierah. Din il-loghba ser tintlaghab nhar is-Sibt li gej fis-7pm.

Fl-ewwel partita Gzira United ghelbu lit-tim ospitanti Hamrun Spartans 2-0 bil-gowls jaslu fl-ewwel taqsima minn  Nicola Tasic u Christian Cassar.

Fit-tieni loghba kellna dro ta’ minghajr gowls bejn Msida St Joseph u Gudja United.

Il-loghob ikompli nhar il-Hamis b’zewg loghbiet b’Hamrun Spartans jilaghbu kontra l-girien Msida St Joseph ghal hames u s-sitt post filwaqt li Gudja United jiltaqghu kontra Pieta Hotspurs.





Leave a comment