Żejtun jibdew b’rebħa

Tuesday, August 27, 2013, 9:15

Minn Robert Busuttil


Infetaħ is-siparju tat-Tazza Powerade fl-Istadium Victor Tedesco fil-Ħamrun wara li ġew skorjat sitt gowls f’żewġ logħbiet.

Fl-ewwel logħba bejn żewġ timijiet ġeografikament ġirien rat dro eċitanti ta’ 2-2 bejn Pieta’ Hotspurs u Gzira United. Yanis Tonna u Peter Olatadun skorjaw għal Maroons filwaqt li għal Hotspurs wieġbu Raphael Kooh Sohna u Terrence Agius.

Fit-tieni logħba, Żejtun Corinthians għelbu lil Msida St Joseph 2-0 bil-gowls jaslu minn Kenneth Abela u Adrian Carabott.

Il-logħob issa jkompli nhar l-Erbgħa dejjem fil-Victor Tedesco Stadium b’dawn il-logħbiet:

19.00 – Żejtun Corinthians vs Gudja United

21.00 – Hamrun Spartans vs Pieta Hotspurs

Dan it-turnament qed iservi ta’ preparazzjoni tajba għat-timijiet tal-Ewwel Diviżjoni sabiex il-kowċis jevalwaw l-iskwadri għad-disposizzjoni tagħhom. 





Leave a comment