Zejtun iniehdu l-iskwadra

Friday, September 24, 2010, 7:00

minn Catherine Micallef.

Tard ilbieraħ waranofsinhar, ġewwa Kastell Wine Bar, Zejtun Corinthians FC organizzaw it-tieni konferenza stampa tagħhom fi żmien xahrejn, din id-darba biex iniehdu l-iskwadra tagħhhom.

Wara s-suċċess tat-Training Camp li kellhom ġewwa Sheffield ma’ Sheffield United FC, il-ħidma kompliet u anke l-kollaborazzjoni ma’ dan it-tim Ingliż għadha għaddejja. Hekk kif ninsabu lejliet il-bidu tal-kampjonat tat-Tieni Diviżjoni, il-klabb ta’ Zejtun Corinthians ippreżenta l-players il-ġodda għal dan l-istaġun 2010-2011. Il-maġġoranza tal-iskwadra hija dik tal-istaġun li għadda b’xi eċċezjonijiet żgħar: Silvio Sciberras u Heathcliff Schembri mingħand St. George’s, Adrian Carabott mingħand Valletta FC

Ryan Cauchi mingħand Ħal Qormi u Daniel Cosaitis mingħand Hibernians FC. Ta’ min ifakkar li fi tmiem l-istaġun 2009-2010, Zejtun Corinthians kiseb żewġ suċċessi importanti ħafna: il-promozzjoni bħala Champions u r-rebħ tan-knock out tat-tieni u t-tielet diviżjoni. Zejtun jinsabu wkoll fil-proċess li jirreġistraw lil Ahmed Mohammed Harun sabiex ikompli jżid il-potenzjal li t-tim diġa` għandu fuq quddiem.

Is-segretarju ta’ Zejtun Corinthians, l-Onor Carmelo Abela rringrazzja lil AF Signs kif ukoll lil Kastell Wine Bar għas-sapport tagħhom kif ukoll lis-Supporters Club li jaħdmu bla heda biex mhux biss ikun hemm aktar membri fi ħdan il-Club imma anke biex jorganizzaw is-support fil-ground għal waqt il-logħob u attivitajiet soċjali oħra.

Abela semma wkoll il-kumitat ċentrali qed jaħdem fuq il-ground tal-football li jinsab fil-premises tal-iskola sekondarja. “Fil-preżent għaddej ix-xogħol fuq it-tqegħid tal-artificial turf u xogħol ieħor marbut mad-dawl, kif ukoll ħidma ta’ tisbiħ tal-boundary wall u d-dħul ghall-istess premises.”

Zejtun C. jilagħbu l-ewwel logħba tagħhom għal dan l-istaġun nhar il-Ħadd 26 ta’ Settembru fid-9am kontra Naxxar L. ġewwa s-Centenary Stadium.





1 Comment

  1. Zejtuni for ever says:

    Meta se jinataw ic-cans it-tfal prodott tan-nursery??? Ha nibqaw ingibu players barra r-rahal u tfal tan-nursery naraw kif se nehilsu minhom???

    [Reply]

Leave a comment