Zejtun Corinthians FC iharsu lejn l-istagun li jmiss b’ottimizmu

Saturday, July 24, 2010, 11:32

PRESS CONFERENCE, FRIDAY 23 JULY 2010

Sinjuri,

Filwaqt li nirringrazzjakom tal-prezenza taghkom hawn illum, naghtikom merhba ghal din l-ewwel press conference taz-Zejtun Corinthians FC ghall-istagun 2010/2011. Din hija l-ewwel esperjenza tieghi u huwa unur ghalija li qed nokkupa l-kariga ta’ President ta’ dan il-club.

Wara s-successi miksuba l-istagun li ghadda, u dan grazzi ghall-hidma kollettiva li saret, specjalment mill-players u l-istaff tekniku, kif ukoll bis-support tas-supporters numeruzi taghna li mlew il-grounds fejn laghbna, l-ambizzjonijiet tana bhala club ghadhom hemm. Fil-fatt m’ahniex se nikkuntentaw irwiehna li ninsabu fit-tieni divizjoni u daqshekk, irridu nikkompetu f’din id-divizjoni b’hegga u qawwa li flimkien nistghu nilhqu l-miri taghna li nippruvaw naghmlu l-pass li jmiss halli t-team taz-Zejtun Corinthians ikompli joghla ‘l fuq fil-football Malti.

Ghal dan il-ghan, minkejja d-diffikultajiet li nqalghu fil-bidu tal-hidma tal-kumitat il-gdid, il-kumitat habrieki prezenti qed jaghmel u se jkompli jaghmel hiltu kollha sabiex bl-ahjar mod possibli nippreparaw ghall-istagun li jmiss. Dan qed naghmluh billi norganizzaw ahjar il-club mill-aspett amministrattiv u dak organizzattiv; xoghol li huwa kontinwu, imma fuq kollox li nkomplu nahdmu halli t-team li taghna tant sodisfazzjon matul l-istagun li ghadda nkomplu nsahhuh.

Huwa l-hsieb taghna li jkollna bejn erba’ ghal hames players ohra halli l-iskwadra attwali nsahhuha sabiex tkun kompetittiva` matul l-istagun li gej. Fil-fatt nista’ nikkonferma li ghall-istagun li gej flimkien mal-iskwadra tas-sena li ghaddiet, se jkollna lil Silvio Sciberras li fl-istagun li ghadda kien jilghab mat-team tas-St. George’s, lil Bronwen Bugeja u Daniel Cosaitis minghand il-Hibernians. Hemm ukoll diskussjonijiet ma’ players ohra li ghalissa ghadu prematur li nsemmuhom.

Barra minn dan, nista’ nhabbar li ninsabu f’tahdidiet avvanzati mal-coach li nittamaw se jkun qed jahdem mal-istaff tekniku u man-Nursery fl-istagun li gej l-Albaniz Fatos Daja u nispera li nikkonkludi ma ndumux.

Il-hidma minn naha tal-kumitat ghaddejja u ninsab perswaz li bl-appogg tas-supporters Zwieten, li naf kemm ghandhom ghal qalbhom lit-team tal-Corinthians u bix-xoghol tal-players u l-istaff tekniku kapaci nkunu fost l-isfidanti ghall-promozzjoni ghall-ewwel divizjoni. Naghlaq b’appell halli kulhaddd ihares ‘l quddiem b’fiducja u jaghti l-appogg shih tieghu lill-kumitat prezenti u lill-players li fuq kollox huma l-qofol tat-team taghna.

Grazzi tal-attenzjoni taghkom.

Sean Abela

President ZCFC

Intervent mis-Segretarju Carmelo Abela

Nirringrazzja lill-President Sean Abela ghad-diskors tieghu u nawguralu hafna fil-hidma tieghu flimkien maghna halli nkomplu nsahhu lit-team taz-Zejtun Corinthians.

Jien ukoll nirringrazzja lilkom li lqajtu l-istedina taghna u gejtu ghal din il-press conference. Minbarra shabna l-membri tal-kumitat maghna hawn ukoll il-captain tat-team tal-Corinthians Charlo Magro li nittama li anke fl-ahhar tal-istagun narah jgholli xi tazza bhalma ghamel fl-ahhar tal-istagun li ghadda.

Warajna qed taraw dan il-back drop fejn minbarra l-arma tal-Corinthians qed taraw ukoll l-arma tat-team tac-Championship Ingliz Sheffield United li ftit tal-jiem ilu kien prezenti hawn Malta. Huwa pjacir tieghi nhabbar li t-team tal-Corinthians wara kuntatti u nistqarr hbiberija sinciera li ghandi mal-ghola dirigenti tas-Sheffield United, bejn it-12 u l-15 ta’ Awwissu 2010 se naghmlu training camp ta’ ftit jiem gewwa Sheffield.

Ghalina din hija xi haga kbira meta wiehed iqis li l-club huwa amateur u mmexxi minn nies voluntiera u li m’ghandux dhul fuq bazi regolari. Izda bir-rieda tajba minn naha tad-dirigenti ta’ Sheffield United kif ukoll persuni ohra li tawna l-ghajnuna u s-support mehtieg dik li bdiet bhala holma ser issir realta` nittamaw minn hawn u ftit jiem ohra. Grazzi wkoll lill-isponsors li qed jaghtuna l-appogg kollu taghhom.

Ghalina taz-Zejtun Corinthians din hija l-ewwel darba u qed inharsu b’entuzjazmu u b’serjeta` lejn dan it-training camp. Infakkar li l-club ta’ Sheffield United huwa club professjonali u organizzat tajjeb hafna b’kuntatti internazzjonali tajbin f’diversi pajjizi kemm fl-Ewropa u anke f’postijiet ohra.

Ghalkemm il-programm taghna ghadu mhux finalizzat, it-team se jkolli xi sezzjonijiet ta’ tahrig fl-akkademja taghhom kif ukoll hemm il-possibilita` ta’ xi friendly ma’ team li huwa amateur li se jkun qed jiccelebra l-150 anniversarju mit-twaqqif tieghu – Sheffield FC.

Barra minn dan, is-Sibt, 14 ta’ Awwissu se jkun qed jinghata bidu ghall-kampjonat Ingliz u nzerta li t-team ta’ Sheffield United se jkun qed jilghab home u gejna mistiedna mid-dirigenti sabiex nassistu ghall-ewwel loghba kontra l-Queens Park Rangers. Perswaz li dan it-training camp se jkun esperjenza tajba ghall-players taghna.

Fl-ahharnett nittama li din ma tkunx okkazzjoni ta’ darba u li flimkien mad-dirigenti ta’ Sheffiled United se nkun qed nesplora kif nistghu nkabbru din ir-relazzjoni halli fil-futur anke n-nursery taz-Zejtun Corinthians tkun tista’ tibbenefika mill-professjonalita` u l-organizazzjoni ta’ dan it-team Ingliz.

Grazzi mill-gdid tal-attendenza u l-attenzjoni taghkom. Jekk hemm xi mistoqsijiet ninsab lest li nwegibhom bl-ahjar mod possibbli.

Carmelo Abela

Segretarju ZCFC





Leave a comment