Żejtun Corinthians bla President

Monday, July 12, 2010, 17:19

Sar magħruf li l-ex Segretarju Ġenerali tat-team ta’  Sliema Wanderers fi żmien Robert Arrigo u riċentament fit-tmun tal-Presidenza tat-team tat-Tielet Diviżjoni John Bugeja irriżenja mill-kariga tiegħu ta’ President. Bugeja fis-sena li għamel President ta’ Żejtun Corinthians irnexxielu jirbaħ il-promozzjoni għat-Tieni Diviżjoni u jirbaħ ukoll ic-Championship Decider tat-Tielet Diviżjoni.

Minn informazzjoni li għandha din il-website jidher li r-raġunu prinċipali kienet diżgwied intern fil-Kumitat wara li l-Juventus Soccer School kienet se tagħmel arranġament man-Nursery tal-istess lokalita’. Hawn taħt l-istqarrija uffiċjali ta’ John Bugeja:

 

John Bugeja (it-tieni mill-lemin) waqt il-Konferenza stampa ġimgħatejn ilu

John Bugeja (it-tieni mill-lemin) waqt il-Konferenza stampa ġimgħatejn ilu

“Għaddiet biss sena minn esperjenza oħra fil-footbol u b’dispjaċir kbir ngħid li din ukoll waslet fit-tmiem.  Spiċċat sena li ħassejtni kburi li jien nagħmel parti miż-Żejtun, il-belt li tant saret għal qalbi.  Iżda sfortunatament kull bidu għandu tmiem u ċertu ċirkostanzi wassluni li nirreżenja minn President ta’ Żejtun Corinthians F.C. flimkien ma’ seba’ membri oħra tal-Kumitat wara nuqqas ta’ fiduċja li urew fija l-bqija tal-membri wara staġun sħih ta’ ħidma u suċċessi flimkien.

Deċizjoni li wara li ġejt mistieden personalment biex nagħmel parti minn kumpanija privata li hi nkarigata minn ‘Juventus Scuola Calcio’, fil-pożizzjoni tiegħi bħala President ta’ Żejtun Corinthians F.C. ħassejt li kelli nagħti s-sehem tiegħi lil dan il-klabb għal gwadan ta’ l-istess klabb li llum tant sar parti mill-ħajja tiegħi.  Sfortunatament kien hemm misinterpretazjoni tal-fatti mingħand xi wħud mill-membri tal-kumitat u li lili urtatni u weġgħatni.  Wara li analizzajt dak kollu li kien għaddej u li beda jintqal, ħassejt li jkun aktar għaqli li nirriżenja minn din il-pożizzjoni” temm jgħid Bugeja.

Żgur hu li din l-attivita sfortunatament l-akbar tellief hu l-klabb ta’ Żejtun Corinthians li kellu biss x’jigwadanja kemm mill-lat ta’ tfal li jitħargu fin-‘Nursery’, kemm mill-lat ta’ pubbliċita’ li kien ser jingħata dan il-klabb, kif ukoll mill-lat finanzjarju, fejn il-klabb kien ser ikollu wkoll raprezentant fil-kumpanija f’isem l-istess Żejtun Corinthians F.C. bħala wieħed mid-diretturi.

Filwaqt li nispiċċa nghid li nħossni dispjaċut ta’ dan kollu, nieħu din l-okkażjoni li nirringrazzja lil poplu Żejtuni għal mod ta’ kif ġejt milqugħ, rispettat u maħbub, u li din l’esperjenza sejra tibqa’ minquxa f’qalbi, b’riżultat ta’ dan ma’ neskludix il-possibilta’ li fil-futur nerġa’ nagħti s-servizz tiegħi lejn dan il-klabb.

Intant informazzjoni li daħlitinla t-Tnejn filgħodu tikkonferma li fost iż-Żwieten hemm rabja kbira lejn dawk li kkonfrontaw lil Bugeja fil-jiem li għaddew. Jidher li issa ż-żewġ persuni ferm magħrufa fil-Club tal-Football taż-Żejtun fosthom Alan Mifsud u Kevin Mifsud se jkunu qedgħin jaħdmu biex jipprovaw jirranġaw is-sitwazzjoni u jekk ma jirranġawx jipprovaw isibu President ieħor flok il-ħabrieki Bugeja.





2 Comments

  1. Inhobb il futball says:

    U hallina siehbi, jien naf li hemm nazzjonalisti jahdmu fil club tal Corintians ukoll, iddahalx politka fil futball. Lanqas qat issemit polika hemm gew. Taqbad hu twadab il gebbel minajr ma taf xejn

    [Reply]

  2. marco @onvol.net says:

    dawn in nies bhal alan Mifsud sfortunatament adom jahsbu li Ghada fiz zmien il labour fi zmien wistin fejn jamlu rewwixti u jiehu dak li jridu bil manuvri … Jien andI feeling li Hemm xamma politica fiha s sitwazzjoni. Kuragg john . Marco

    [Reply]

Leave a comment