Żebbug Rangers ippreżentaw l-akkwisti il-ġodda

Saturday, September 14, 2013, 14:23

Żebbug Rangers ippreżentaw l-akkwisti il-ġodda għall-istaġun li jibda matul tmiem din il-ġimgħa.  Dan sar waqt konferenza stampa mmexxija mill-Viċi President is-Sur Angelo Bantick, fl-assenza tal-President is-Sur Joe Pace. Is-Sur Bantick beda biex spjega li din hija t-tieni sena tagħhom li se jkunu qed imexxu l-klabb Żebbuġi.  L-Amministrazzjoni tal-Klabb qiegħda taħdem bis-sħiħ sabiex ittella’ lil dan il-klabb fl-ogħla livelli tal-futbol Malti, anki fis-settur ġovanili.  Il-Klabb investa mhux ftit fis-settur tal-infrastruttura u minkejja li diġa sar ħafna  xogħol, specjalment fejn jidħlu grawnds u attrezzamenti anċillari, baqa’ ħafna xi jsir sabiex dawn il-faċilitajiet jitjiebu u jilħqu l-livelli mixtieqa.  Is-Sur Bantick kompla billi qal li fejn jidħlu investimenti ta’ staff tekniku u plejers, il-klabb kompla fejn ħalla matul l-istaġun li għadda . L-istaff tekniku ġie nfurzat bl-ingaġġ tas-Sur Kurt Micallef bħala Physio u Physical Trainer tal- ogħla kwalita’.  Fost il-plejers ġodda nsibu lil Thomas Paris (eks Floriana), Matthew Gauci (eks Hibernians u Qormi ) u Leone Camilleri (eks Valletta ).  Jeffrey Farrugia (eks Dingli Swallows u Mosta) u Kenneth Scicluna  (eks Valletta u Marsaxlokk) ġew b’self ta’ sena. Ġie konfermat ukoll għal sena oħra, il-plejer ta’ nofs il-grawnd, veteran t’esperjenza, Alan Tabone (eks Birkirkara).  Tabone kien importanti ferm fl-aħħar staġun it-tim seta’ jilħaq l-għanijiet tiegħu.  Bħala barranin, ġie kkonfermat għat-tliet snin li ġejjin, l-attakkant żagħżugħ Mauricio Britto uakkwistaw lil Douglas Silveira (eks Marsaxlokk), Rodrigo Consani (eks Balzan ) u Anderson Mendes Riberio li fil-passat diġa ħadem mal-kowċ  Fl-aħħarnett il-Viċi President irringrazzja lill-President u lill-imsieħba kummerċjali tiegħu, is-Sur Ivan Calleja u s-Sur Noel Zammit, għall-għajnuna kontinwa tagħhom.  Irringrazzja ukoll lill-Kumitat , lill-Istaff tekniku mmexxi mill-Kowċ Jesmond Zammit, lill-plejers kollha u l-familji tagħhom, lill-isponsors ewlenin u entitajiet oħra għall-appoġġ kontinwu tagħhom.  Is-Sur Angelo Bantick ħeġġeġ lill-partitarji Żebbuġin sabiex jattendu bi ħġarhom u jkunu dejjem wara t-tim.  Żebbuġ se jiftħu bil-logħba kontra Zurrieq li se tintlagħab fis-Centenary StadiumĦadd 15 ta’ Settembru fil-5.00pm. Jesmond Zammit mat-tim ta’ Hamrun Spartans. nhar il-

Tkellem ukoll il-Kowċ tat- tim, is-Sur Jesmond Zammit, li beda billi rringrazzja bis-sħiħ lill- President, għax xogħol kbir li qiegħed jagħmel kif ukoll għall-attitudni professjonali li bih qieghed imexxi lil dan il-Klabb flimkien man-nies ta’ madwaru .  Il-kowċ Żebbugi wera sodisfazzjon tiegħu bil-preparazzjoni li saret qabel il-kampjonat fejn anke nkisbu riżultati nkoraġġanti fid-diversi partiti ta’ ħbiberija li lagħab it-tim u r-rebħ tal-King Long Cup kontra Qormi. Huwa rringrazzja bis-sħiħ lil sħabu kollha tal-istaff tekniku għall-ħidma kontinwa tagħhom, kif ukoll lit-training assistants kollha tax-xogħol volontarju li jagħmlu.  Mingħajr l-għajnuna tagħhom il-progress li qed isir żgur li ma jkunx possibli. Fl-aħħarnett il-kowċ qal li b’din l-opportunita’ li jerġa’ jmexxi t-tim ta’ raħal twelidu, u bil-fiduċja assoluta li jgawdi mill-President, huwa reġa’ sab il-motivazzzjoni kollha sabiex  jaħdem bis-sħiħ u b’determinazzjoni qawwija, biex ix-xewqa tal-President Żebbuġi tkun tista’ ssir realta’ fis-snin li ġejjin u fil-mument opportun.





1 Comment

  1. Zebbug says:

    Nixtieq nikoreggi fejn jidhlu akkwisti
    Li thomas paris, leone camilleri u matthew gauci gew ingaggati ma team ta haz zebbug permanenti mhux b self. Grazzi

    [Reply]

Leave a comment