Żebbuġ Rangers Champions tat-Tieni Diviżjoni

Tuesday, April 2, 2013, 2:03

minn Andre’ Xuereb

Żebbuġ Rangers ġew inkurunati Champions tat-Tieni Diviżjoni wara rebħa ta’ 5-1 kontra Kirkop United.Dan kien staġun pożittiv ferm għat-tim immexxi minn Jesmond Zammit.Wara 22 logħba , Żebbuġ għandhom vantaġġ ta’ tlettax -il punt fuq Msida SJ li jinsabu fit-tieni post , Żebbuġ rebħu sittax -il partita ġew draw ħamsa u tilfu logħba waħda kontra  St’ Georges f’ Diċembru.Żebbuġ Rangers fadallhom jilgħabu kontra St’ Patrick,St Georges,Fgura United u Pembroke A.

It-tmexxija tat-tim irnexxilha tgħaqqad tim kompost minn żgħażagħ b’ potenzjal kbir , plejers maltin stabbiliti u barrani ta’ kwalita’ bħal Mauricio Rodrigues Britto li bħalissa jinsab bħala Top Scorer tat-tieni diviżjoni.

F’ dan l-istaġun fit-Tieni diviżjoni element li żgur spikka kien il-livell tal-barranin li kellhom ċerti klabbs , plejers bħal Osi Lucky Agboebina ta’ St’ Georges , John Roland Emeka ta’ Pembroke Atleta u Fernando Donizete de Andrade ta’ Msida St Joseph , dan l-element flimkien mal-fatt li l-livell tal-plejers żgħażagħ kien wieħed tajjeb ħafna ikkontribixxew biex kien hemm kampjonat tat-Tieni Diviżjoni ta’ livell għoli.





Leave a comment