Żebbuġ jirbħu l-Powerade Cup

Saturday, August 24, 2013, 11:01

Minn Robert Busuttil

Żebbuġ Rangers rebħu t-tieni edizzjoni tat-Trofeo Brenton Mifsud meta għelbu lil Ħamrun Spartans bl-iskor ta’ 4-2. Rajna dwell bejn żewġ timijiet li ser jilagħbu fil-Kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni, f’logħba pjaċevoli li offriet sitt gowls.

L-eroj tal-logħba Żebbuġi kien Anderson Mendes Ribeiro li ffirma hat trick kontra l-eks sħabu. Mauricio Britto skorja r-raba’ gowl għal tim tiegħu filwaqt li għal Ħamrun skorjaw Ryan Spiteri u Pignataro.

Ħamrun, li kienu rebħu l-ewwel edizzjoni ta’ dan it-turnament,  lagħbu b’diversi żgħażagħ interessanti u taw prova lil xi plejers barranin b’mod partikolari Taljani.

Ta’ min jgħid li nhar it-Tnejn li ġej jingħata bidu għat-Tazza Powerade fejn l-istess Ħamrun Spartans ikunu nvoluti f’turnament ieħor kontra timijiet oħra mill-Ewwel Diviżjoni li huma Pieta’ Hotspurs, Gżira United, Żejtun Corinthians, Msida St Joseph u Gudja United.

F’din it-tieni edizzjoni ġie inawgurat uffiċjalment it-turf sintetiku l-ġdid tal-Victor Tedesco Stadium fil-Ħamrun.





Leave a comment