Żbalji jwettqu t-triq għal-rebħa Kroata….kumment fuq kull player

Saturday, September 3, 2011, 21:23

minn Sandro Micallef

Malta 1 – Kroazja 3

Ritratt Joe Borg

Is-seba’ logħba fi Grupp F ta’ Kwalifikazzjoni għall-Euro 2012, issarfet fis-seba’ telfa f’dan il-grupp, liema telfa waslet wara serje ta’ żbalji gravi fid-difiża u 25 minuta diżastrużi fil-bidu tal-logħba.

Manny Muscat, li l-kowċ Nazzjonali Buttigieg utilizzaħ bħala right back fid-difiża ma qabadx art u ma kienx jaf x’laqtu fl-ewwel taqsima bil-konsegwenza li ħalla l-faxxa laterali tiegħu tiġi sfruttata b’faċilita’ minn Sirna u Prisic.

Hogg ma kienx perfett l-anqas fl-okażżjoni tal-1-0 tal-Kroati li deher li waqa’ qabel u x-xutt minn barra ta’ Vukojevic ħabat kważi nofs metru quddiemu bid-dubju ta’ devjazzjoni.

Il-Kroati marru fil-vantaġġ fil-11 -il minuta minn Vukojevic, u għamluhom 2-0 permezz ta’ Badelj li daħal bħal sikkiena tal-isteak taħraq ġol butir qalb id-difiża wieqfa Maltija’ Hogg ma seta’ jagħmel xejn.

Wara li xi players indunaw li jekk mhux se jirranġaw u jqumu fuq tagħhom kienu qed jirriskjaw tidwira, ddeċidew li jilgħabu pussess iktar bis-sens. Hawn spikkaw Hutchinson, Fenech u Briffa li bdew jaħdmu bla waqfien u jdaħħlu fl-azzjoni lill-Schembri u lil Mifsud meta’ jkun hemm iċ-ċans.

Filfatt iċ-ċans wasal man-nofs siegħa logħob meta konbinazzjoni taż-żewġ players ta’ Valletta, Briffa u Mifsud b’dan tal-aħħar jiskorja id-29 goal bil-flokk Nazzjonali u jagħmel l-iskor 2-1. Il-Maltin daħlu jistrieħu b’moral għoli waqt li l-kowċ Kroat Biliċ ma l-players tiegħu daħlu b’denbhom baxx bejn saqajhom.

Il-goal tat-3-1 b’daqqa ta’ ras tad-difensur ċentrali Lovren (fit-tieni taqsima) assigurat lill-Kroati mit-tlett punti u qatgħet kull tama għall-Maltin. Il-goal seta’ ġie evitat minħabba l-fatt li kien hemm żball ieħor fid-difiża meta il-goal wasal minn loose marking, b’Manny Muscat (li rranġa ħafna fit-tieni taqsima) tħallu waħdu biex jiddefendi żewġ players.

Il-kummenti tiegħi fuq kull player Malti:

A. Hogg – Seta’ kien aħjar fiċ-ċirkostanza tal-ewwel goal. Kien tajjeb fil-bidu tat-tieni taqsima meta salva goal ċert tas-sostitut Kalinic.

M. Muscat – Half time diżastru fejn ma kienx jaf fejn qiegħed jekk hux Ta’ Qali jew l-Awstralja. Irranġa fit-tieni parti u kellu l-kuraġġ li javvanza u jmur għall-crosses.

G. Sciberras – Tajjeb fid-difiża b’mod individwali imma meta inqabad in-line mal-back four bħal sħabu ta’ wara kien statiku bil-konsegwenza li ħallew lill-Kroazja jiskorjaw it-tieni goal.  

A. Agius – Teknikament għadu wieħed mill-aħjar players li hemm imma il-bieraħ spiċċa orfni ta’ Caruana (ma jiflaħx) u seta’ kellu pożizzjoni aħjar fl-okażżjoni tat-tielet goal.

R. Fenech – Tajjeb meta Malta bil-ballun, irid jaħdem iktar meta qed niddefendu u jrid ikun iktar kattiv fit-tackles kif ikun fil-kampjonat Malti. Tal-eta’ tiegħu hemm fin-nofs irid jiġri iktar. Ħela u rema’ free kick fl-ewwel taqsima. (C. Mamo) – Ftit minuti biss.

C. Failla – Pożizzjoni man-Nazzjonal ta’ left back li jekk jibża’ għaliha hi kważi tiegħu minkejja l-kompetizzjoni ma’ Ian Azzopardi. Żamm il-ballun fi tlett ċirkostanzi żżejjed u jipprova jeħles mill-avversarju bi dribbling xi kultant riskjuż.

R. Briffa -Tajjeb sa mill-ewwel battutti. Nippreferi narah hemm milli right back. Nixtieq narah jipprotesta mar-referee anke fix-xena internazzjonali mhux fil-Premier biss meta ma jaqbilx mad-deċiżjonijiet. (J. Pace) Ftit minuti biss.

M. Mifsud – Ċans wieħed u goal prosit imma ili nisħaq li bħala captain għandek taqbad il-players wara l-logħba u tmurru sselmu lin-nies u tirringrazzjawhom tas-support speċjalment lis-SEC dejjem. (I. Woods) Ftit ħin biss. Kien se jiskorja b’tap in fl-aħħar - sfortunaat.

A. Cohen – Brillanti meta jkollna l-ballun, imma irid jaħdem l-istess bħal Fenech meta nitilfu l-pussess. Xtaqt li kieku naraħ jibdel in-naħa daqqa midfield xellug u daqqa lemin iktar waqt il-logħba.

J. Hutchinson – Il-vjaġġ minn Kontinent ieħor ma affetwaħx. Bravu u intelliġenti, ħafna passes tajbin imma John  irid jibda jmur iktar fuq l-offensiva u jixxutja iktar ma kull ċans.

A. Schembri – Apprezzajt il-kontribut tiegħu minkejja l-problemi dwar il-futur internazzjonali tiegħu. Ġab ħafna fouls u ġera’ jfittex l-ispazju. Nixtieq nara iktar kummunikazzjoni ma’ Mifsud fil-ground.

Formazzjonijiet:

Malta: A. Hogg, M. Muscat, G. Sciberras, A. Agius, R. Fenech (C. Mamo), C. Failla, R. Briffa (J. Pace), M. Mifsud (I. Woods), A. Cohen, J. Hutchinson, A. Schembri.

Kroazja: S. Pletikosa, I. Strinic, D. Lovren, V. Corluka, M. Badelj (E. Da Silva), O. Vukojevic, D. Srna, M. Mandzukic, I. Klasnic (N. Kalinic), I. Perisic (T. Dujmovic), S. Vrsaljko.

Referee: T. Chapron (Franza).

Asst refs: E. Boisdenghien, F. Harchay.

Raba’ Uffiċjal: F. Fautrel.

Scorers: Vukojevic 10, Badlej 32, M. Mifsud 37, D. Lovren 67,

Karti Sofor: R. Fenech, M. Mandzukic, S. Vrsaljko, C. Failla

Attendenza: 6150





5 Comments

  1. Gawdenz Bilocca says:

    x gara mil kaz ta Bochum?

    [Reply]

  2. Supporter Belti says:

    @Demm Ahmar. Aqra sew il-kummenti. Hogg kellu tort biss fl-ewwel gowl. Manny Muscat kien hazin fl-ewwel taqsima u rranga fit-tieni.

    [Reply]

  3. Demm Ahdar says:

    igifiri manny kellu l ewwel half dizastru u hogg le?

    [Reply]

  4. edgar says:

    it is a poor show once again by hoggy. also buttigieg please call up boogie asap

    [Reply]

  5. Chris Mallia says:

    naqbel mieghek sandro dwar li jigu jatu applawz lis-supporters il-players – chris

    [Reply]

Leave a comment