Zarb u Borg jitilfu fit-tielet set fil-Beach Volley

Saturday, June 4, 2011, 14:01

Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar tal-Ewropa

Minn Sandro Micallef li qed jirrapporta minn Vaduz Liechtenstein uffiċjalment għal Melita Sports.

Gertrude Zarb u Alison Borg kellhom ibaxxu rashom wara li tilfu l-logħba l-iktar kruċjali tagħhom fil-kompetizzjoni tal-Beach Volley meta tilfu 2-1 kontra l-koppja ta’ Lussemburgu.

Gertude Zarb. Ritratt Edmund Curmi

Gertude Zarb. Ritratt Edmund Curmi

Zarb u Borg żewġ tfajliet li kienu mdendlin sal-aħħar jekk il-Kumitat Olimpiku Malti itellagħhomx jew le Liechtenstein xorta waħda għamlu ġieħ lil pajjiżna permezz ta’ logħba qalbiena li kellha tmur sat-tielet u l-aħħar set.

Wara li l-Maltin tilfu l-ewwel set 21-18 marru biex jirbħu t-tieni set 21-16 fejn kienu iktar konċentrati u naqsu ħafna żbalji li kienu kkomettew fl-ewwel set. Fit-tieni set huma tefgħu pressjoni kbira fuq il-koppja avversarja.

Borg kienet tajba ħafna meta bdiet tkun fir-reception hi u tmur biex tipprova l-lobs man-net fuq l-avversarji xi ħaġa li bdiet tirnexxi u ħadna ħafna punti. Minn naħa tagħha Zarb li hi l-itwal mit-tnejn kellha ħafna attakki tajbin meta bdiet tuża t-tul u s-saħħa tagħha bl-ispikes tipiċi tagħha.

It-Tielet u l-aħħar set intrebaħ mill-Lussemburgu wara li l-Maltin kienu anke xi punti vantaġġ iżda l-players Maltin ma kellhomx la l-enerġija u l-anqas il-fortuna li kellhom l-avversarji u tilfu l-Bronż.

Ta’ min ifaħħar lil Alison Borg u Gertude Zarb li fl-ewwel avventura ta’ Malta fil-Beach Volley fil-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żghar irnexxielhom xorta jagħmlu isem lill-Malta.

Mhux l-istess jista’ jingħad għall-President tal-MVA Branco Vlahovic li waqqa ‘ l-art l-integrita’ tat-tim Malti tal-Beach Volley u Volleyball li wara l-partita għajjarni personalment wara li kif għamlu sħabi morna biex nieħdu b’idejn l-atleti Maltin u ngħidulhom prosit tal-prestazzjoni li taw.

Ara l-artiklu intitolat “Branco jitpastaż f’Liechtenstein”

Alison Borg u Gertrude Zarb waqt il-logħba għall-Bronż

Alison Borg u Gertrude Zarb waqt il-logħba għall-Bronż





1 Comment

  1. Tikka Player says:

    Congrats girls…all Malta proud of you!!!!

    [Reply]

Leave a comment