- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Zammit jirbaħ fil-Klassi Autocross Modified u Vella jirbaħ f’li Standard

Posted By Sportinmalta On January 17, 2018 @ 7:29 am In Featured,Motorsport | No Comments

Nhar il-Ħadd li ġej 21 ta’ Jannar 2018, l-Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi se tkompli bit-tiġrijiet tal-muturi tal-istaġun mill-Kampjonat Nazzjonali Honda Motocross 2017/2018. L-attivita ħa ssir fil-Kumpless sportiv tal-Assoċjazzjoni f’Ta’ Qali u tibda fl-10:00am.

Intant nhar il-Ħadd li għadda 14 ta’ Jannar 2018 l-Assoċjazzjoni orgnaizzat il-ħames attivitá mill-Kampjonat Nazzjonali Autocross tal-ASMK u Pasta Poiatti 2017/2018. Dan kien jikkonsisti f’tiġrijijiet bil-Karozzi Autocross Modified u dawk Standard.  Għal din l-attivitá rreġistraw 21 Karozza maqsuma fiż-żewġ klassijiet Modified u Standard.

Gordon Johnson fuq Opel Corsa flimkien ma’ Vince Farrugia fuq Volkswagen Polo rebħu l-Heats kollha tal-gurnata biex assiguraw posthom fil-Finali Klassi A Modified. Ma dawn ikkwalifikaw Karl Micallef fuq Ford Fiesta, Noel Zammit fuq Fiat Punto, Jean Paul Grech fuq Peugeot 106 u Ryan Scerri fuq Opel Corsa.

Mat-tluq ta’ din il-finali rajna lil Johnson u Farrugia jagħmlu ħruġ tajjeb b’Johnson jieħu t-tmun tal-finali, ftit qabel l-ewwel kantuniera waqt li kien segwit minn Farrugia u Micallef. L-attenzjoni kienet fuq l-ewwel erba’ kompetituri fejn matul ir-raba’ dawra Farrugia zviluppatlu ħsara fil-magna bil-konsegwenza li kellu jirtira mit-tiġrija, minkejja li kien fit-tieni post. Wara din il-ħsara ta Farrugia rajna lil Zammit u Scerri javvanzaw fejn il-Finali kompliet b’ Johnson quddiem u segwit minn Zammit u Scerri. Għal Johnson il-ħames dawra kienet ukoll iddedikata għall-ħsara mekkanika fejn dan żviluppatlu ħsara fir-rota ta’ quddiem biex spiċċa jkompli t-tiġrija bil-mod. Fuq quddiem spiċċa Zammit li rrnexielu jirbaħ din il-Finali waqt li kien segwit minn Micallef u Grech.

Fil-Finali Modified Klassi B rajna linja tat-tluq komposta minn Keith Borg u Andrew Pisani t-tnejn fuq Vauxhall Nova, Brandon Lee Vassallo fuq Peugeot 205, Gary Grech u Melo Zammit fuq Opel Corsa.

Mat-tluq ta din il-finali rajna lil Pisani u Borg jagħmlu ħrug tajjeb ħafna b’Pisani jieħu it-tmun segwit minn Borg u Grech. Matul din il-finali kull sewwieq iddefenda posthu sal-aħħar tat-tiġrija fejn ma rajna l-ebda tibdil fil-postijiet sakemm spiċċat din il finali. Pisani rebaħ din it-tiġrija segwit minn Borg u Grech waqt li fir-raba’ u l-ħames post spiċċaw Zammit u Vassallo rispettivament.

Fil-Klassi Standard rajna lil Deane Farrugia fuq Citroen AX jiddomina il-Heats kollha tal-ġurnata fejn irnexxielu jġib l-għola punti biex assigura postu fil-Finali tal-ġurnata. Ma’ Farrugia kkwalifikaw Johann Vella fuq Opel Nova, Nichovich Chircop fuq Peugoet 106, Klye Agius fuq Renault 5, Jerome Peplow fuq Kia Avella u Godwin Mizzi fuq Volkswagen Polo.

Mat-tluq tal-Finali rajna ħrug tajjeb minn Farrugia u Vella b’Farrugia jieħu t-tmun tal-finali segwit minn Vella u Chircop. Matul din il-finali l-attenzjoni kienet fuq Vella li beda jagħmel pressjoni fuq Farrugia sakemm matul il-ħames dawra Vella rnexxielu jieħu t-tmun tal-finali minn idejn Farrugia. Din il-finali spiċċat b’ Vella jirbaħ segwit minn Farrugia u Chircop. Fir-raba’ u l-ħames post daħlu Agius u Peplow rispettivament.

Intant Attivita oħra bil-Karozzi Autocross issir nhar il-Ħadd 28 ta’ Jannar 2018 bl-ewwel tiġrija tibda 12:00pm. Iktar informazzjoni wieħed jista jsibha fis-sit elettroniku tal-Assoċjazzjoni li huwa www.asmk.org.mt.

Rittrati ta Mario Micallef


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/zammit-jirbah-fil-klassi-autocross-modified-u-vella-jirbah-fli-standard/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.