Żagħżagħ Maltin protagonisti barra minn xtutna

Wednesday, November 9, 2016, 18:41

Minn Colin Schembri

Players żgħażagħ li qiegħdin jilgħabu barra minn xtutna qiegħed ikollhom wirjiet mill-aqwa barra minn xtutna.

Sophie Abela li tilgħab ma’ Virtus Eirene Ragusa  kellha wirja mill-aqwa meta t-team tagħha għeleb lil Rainbow Catania 67-55 barra minn darhom f’partita ta’ taħt it-18 -il sena. Il-partita kienet favur it-team ta’ Catania sa’ tmiem l-ewwel taqsima. Però wara l-intervall grazzi għall-wirja mill-aqwa minn Abela, it-team ta’ Ragusa qaleb ir-riżultat u ħareġ rebbieħ bi skor ta’ 67-55. Abela kellha wirja stupenda u spiċċat il-partita b’total ta’ 32 punt.

Kurt Cassar, player ta’ Stella Azzura lagħab f’partita tal-kampjonat kontra Mastria Vending Catanzaro fejn it-team Ruman ħareġ tellief 83-58. Cassar lagħab għal 15 -il minuta f’din il-partita mill-kampjonat Taljan tas-Serie B. Cassar huwa wkoll player regolari ta’ Stella Azzura fil-kategoriji Eċċelenza ta’ taħt it-tmintax -il sena u taħt l-għoxrin sena.

Hannah Al Tumi minn dan l-istaġun tifforma parti mill-iskwadra ta’ Fotoamatore Florence li fl-aħħar partita tilfu kontra Castellani Pontadera 59-49. Al Tumi kellha tmien punti f’din il-partita fejn kienet hi li b’zewġ free-throws fit-tielet taqsima poġġiet lit-team minn Firenze 30-31 minn fuq. L-aħħar taqsima kienet però f’idejn Castellani li b’hekk rebħu l-partita.

Ritratti: Kurt Cassar fl-azzjoni ma’ Stella Azzura, it-team ta’ Fotoamatore Florence.

 

 





Leave a comment