Zach Zammit jispiċċa fit-tieni post f’Hillclimb fl-Ingilterra

Monday, August 14, 2017, 14:26

Is-Sewwieq Malti Zach Zammit jispiċċa fit-tieni post fost 16 il-sewwieq fil-klassi tiegħu f’tellieqa ġewwa l-Ingilterra. It-tellieqa magħrufa bħalha Shelsley Walsh Hill Climb kienet okkazjoni specjali fis-70 anniversarju ta’ dan l-isport ġewwa l-Ingilterra li ġie iċċelebrat f’din it-trakka li ilha tintuza għal dawn l-istess 70 sena u hija meqjusa bħalha l-eqdem trakka fid-dinja li għadha tintuza mingħajr tibdil fil-korsa.

Zammit  saq il-karozza tiegħu Empire Evo b’magna Suzuki 1000, għalkemm il-klassi kienet miftuħa għal-karozzi b’magna sa 1100. Zammit ġie fit-tieni post wara Robert Kendrick xufier ta esperjenza kbira li saq il-karozza tiegħu Raptor BMW illi apparti li rebaħ il-klassi irnexxielu ukoll jikser ir-rekord assolut ta’ l-istess trakka li kien ilu ma jinkisser 5 snin. Kendrick għamel il-korsa f’25.54 sekonda waqt li Zammit għamel ħin ta’ 26.62 sekonda.





Leave a comment