Yazmin performance in the World University Games in Taipei

Tuesday, August 22, 2017, 19:28

Weightlifter Yazmin Zammit Stevens kella prestazzjoni eċċellenti fil-kategorija ta ’63kilo fil-Logħob Dinji Universitarju ġewwa Taipei. Zammit Stevens waqqfet ‘sitt rekords nazzjonali oħra li jfisser li hija kisret 53 rekord nazzjonali  fil-karriera tagħha. Hija kisbet  19 il-post fuq livell dinji, irnexiela wkoll taqbeż atleti mill-Istati Uniti, id-Danimarka, New Zealand, ir-Russja u t-Tajlandja. Il-kompetizzjoni fi Taipei kienet definittivament l-akbar avveniment s’issa għal Zammit Stevens, madankollu, kella kunfidenza tremenda tagħha fuq il-pjattaforma.
Fil-parti tas-snatch kienet qed tkun diffiċli wara li t-tieni tentattiv tagħha kien ta ’77kilo ingħatat bhala tajjba mit-tlett referee tal-kompetizzjoni iżda iktar tard giet mibdulal għal refa ħazina mill-ġurija għal moviment zigħir fuq wieħed mil minkeb. Hija falliet it-tielet tentattiv tagħha f’78kilo li fisser li  l-aħjar refa ta ’74kilo li għamlet fl-ewwel tentattiv  li kienet(2 kilo taħt l-aħjar tagħha, u ta` rekord nazzjonali f’din il-klassi tal-piż)
Iddeterminata biex tpatti għall-kilogrammi mitlufa, hija fetħet b’suċċess il-Clean and Jerk b`refa  eċċelenti ta ta ’93kilo, li kienet 2 kilos ogħla mill-aqwa tagħha f’din il-klassi tal-piż. Zammit Stevens eventwalment komplit tagħmel it-tieni u t-tielet lifts tagħha f’96kilo u 98kilo li fisser li t-3 refat kienu rekords nazzjonali, kif ukoll tkissru t-3 rekords fuq it-total. Il-refa ta 98kilo mhux biss hija żieda qawwija ta’ 7 kilos fuq ir-rekord preċedenti tagħha, iżda huwa l-aħjar rfigħ personali (anke fi klassijiet ta ‘piż ogħla) u ta kull żmien.





Leave a comment