X’se jsir minn Schembri? Futur inċert għalih…

Thursday, August 25, 2011, 12:24

minn Cristian Muscat

Andre’ Schembri jista’ jitlaq lil Olympiakos Volos wara li l-klabb Grieg ġie relegat għar-raba’ divizjoni amateur matul din il-ġimgħa. L-Erbgħa l-kummissjoni sportiva professjonali Griega li hija affiljata mal-Gvern ordnat li Volos kif ukoll il-klabb mis-Super League Grieg Kavala jiġu relegati għar-raba’ divizjoni minħabba l-fatt li naqqsu milli jippruvaw li huma kienu ddissassoċċjaw ruħhom mill-eks sidien Achilleas Beos għal Volos kif ukoll minn Makis Psomiadis għal Kavala li t-tnejn ġew sospiżi għal għomorhom mill-futbol għas-sehem li kellhom f’ irranġar ta’ logħbiet u każi oħra ta’ allegati każijeit ta’ tixħim u korruzzjoni.

Iz-zewg klabbs huma mistennija li jappellaw minn din id-decizjoni quddiem il-Qorti Grieg. Jekk dan l-appell ma jintlaqax post dawn iż-żewġ klabbs fl-ogħla divizjoni grieg jittiehed minn Levadiakos Livadeia u Doxa Drama. Dan il-kaz ilu fl-ahbarijiet matul dan is-sajf kollu b’Volos jigu mnehhija mill-UEFA Europa Leagueiktar kmeini matul dan ix-xahar mill-UEFA ghalkemm il-federazzjoni tal-futbol Griega sa dak iż-żmien kienet ippermettitilhom li jerġgħu jieħdu sehem fis-Super League Grieg.

Il-federazzjoni, fil-fatt dawret deċiżjoni  kienet ħadet f’ Lulju li għadda biex tirrelega lil Volos u Kavala għat-tieni diviżjoni għall-irwol li kellhom fl-iskandlu għalkemm il-kumitat tal-appelli ghazel li jnaqqas punti mill-klassifika lil dawn iż-żewg klabbs rispettivi. Id-deċizjoni tal-Gvern waslet ftit jiem wara li l-President tal-UEFA Michel Platini żar il-Greċja fejn huwa ltaqa’ mal-Prim Ministru Grieg George Papandreou biex jiddiskuti modi biex titwaqqaf għal kollox il-korruzzjoni fil-futbol Grieg.

Matul dik il-laqgħa, Platini ma saqsiex lil Papandreou għal miżuri speċifiċi li għandhom jittieħdu minħabba li d-diskussjonijiet kienu iktar iċċentrati fuq l-involviment taż-żewg naħat biex l-isport fil-Greċja l-iktar il-futbol jerġa’ jirbaħ il-kredibilta’ tiegħu speċjalment wara dawn l-allegati każi ta’ korruzzjoni u tixħim fil-futbol. F’kummmenti li ta lill-gazzetta lokali ta’ kuljum ‘The Times’, Schembri saħaq li la hu u lanqas sħabu ma kienu qed jistennew deċizjoni ta’ din ix-xorta u saru jafu b’ din l-aħbar biss meta t-Tlieta filgħaxija raw protesti vjolenti mill-partitarji ta’ Volos.

Huwa kompla billi qal li l-klabb Grieg ilu s-sajf kollu jipprova jevita din ir-relegazzjoni izda issa se jkun ferm diffiċli li jevitawha wara din l-aħħar deċiżjoni. L-istriker internazzjoanli Malti kompla li dan kollu jħalli lil ħafna mill-plejers mingħajr ebda għażla oħra ħlief li jfittxu klabb iehor fejn bit-tim relegat il-plejers kollha fuq il-kotba tal-klabb isiru free agents. Huwa kkonkulda li jiddispjaċih minn kif żvilupaw l-affarijiet l-iktar minħabba l-fatt li kien beda jissettilja fil-Greċja iżda issa ma jistax jara kif dawn l-affarijiet jistgħu jinbidlu aħjar.

Sa mill-wasla tiegħu ma’ dan il-klabb mingħand Ferncvaros matul dan is-sajf, Schembri kien qieghed jistabilixxi lilu nnifsu b’mod gradwali bħala plejer prinċipali tal-ewwel ħdax ta’ Volos u skorja wkoll l-ewwel gowl tiegħu għal Volos fir-rebħa ta’ 3 b xejn kontra Differdange fir-rawnd ta’ kwalifikazzjoni tal-UEFA Europa League. Meta mistoqsi x’ se jsir mill-futur tiegħu Schembri afferma li ghadu kmieni biex jgid x’se jkun jinkludi l–futur tiegħu iżda afferma li diġa’ għamel kuntatt mar-rapprezentant tiegħu biex jistabilixxi kuntatti ġodda ma’ klabbs godda.

Huwa m’eskludiex il-possibilta’ li jilgħab ma’klabb ieħor fil-Greċja specjalment issa li mar jirresiedi f’ post ġdid gewwa l-Greċja. Huwa saħaq li se jzomm l-ghazliet kollha miftuha fejn afferma li matul il-gimgħa d-diehla se jkun Malta biex jingħaqad mat-tim nazzjonali għal-logħbiet ta’ kwalifikazjoni ghall-euro 2012 li malta se tilgħab kontra l-Kroazja u Georgia fejn jittama li sa dak iż-żmien ikollu stampa iktar ċara ta’ fejn se jkun qed jilgħab matul l-istaġun li ġej.





3 Comments

  1. zico says:

    Ic Che int minghalik tifem fil football taaf kemm hu dificli tghamila Bundesliiga ghux! laqqas jamila ma Koln jew Augsburg forsi jidhol lahar kwarta ..ahjar jibqa il Grecia ghax hemmek tajjeb immur zgur targa trid tmur fil football mil ungeria al Grecia wara greccia ghumbghat jghamel qabsa forsi bundesliiga habib!

    [Reply]

  2. paul says:

    @ che min ghandu halqu kollox jghid bhalek….mur opsor ghalik mhux trid tara l-opptions li jkollok!!!!!!!!!

    [Reply]

  3. ic-che says:

    Kif kont ghed darba: zball kbir li mar il-Grecja. Ahjar li baqa’fej kien…
    Nkella l-ahjar post ghalih jew fil Bundesliga (pajjiz li diga esperjenzah u f’kampjonat li daqt sa jkun l-aqwa fl-Ewropa) – tims bhal Augsburg u FC Koln… jew fil Budesliga2… 
    L-option l-ohra hi the championship fl-Ingilterra! 

    Good luck Andre’ you deserve much better!!!!

    [Reply]

Leave a comment