X’sar minnu l-proġett tal-White Rocks u proġetti oħra mwiegħda?

Saturday, July 30, 2011, 9:58

minn Cristian Muscat

F’artiklu li deher fil-gazzetta ta’ kuljum l-Orizzont bit-titlu “Kumplessi Sportivi…” matul din il-ġimgħa, id-Deputat Laburista Chris Agius kiteb fuq il-fatt li numru ta’ assoċċjazzjonijiet u għaqdiet sportivi fil-mument jinsabu mħassbin bi proposti partikolari dwar kumplessi sportivi li wud minnhom ilhom jisemmew is-snin. Huwa semma b’ mod partikolari il-proġett tal-White Rocks fejn wara li fid-9 ta’ Ġunju tas-sena li għaddiet dan il-proġett tħabbar lill-pubbliku, ħadd ma jaf x’sar minn dan il-proġett. Fi kliem Agius il-White Rocks għadu bħal mostru abbandunat!  

Issemmew diversi kumplessi oħra fosthom ta’ Ħal Kirkop biswit il-kulleġġ ta’ San Benedittu fejn Agius sahaq li dan l-imsejjah kumpless issa ilu erba’ snin jistenna li titwettaq wegħda li hemm imnaqqxa fuq l-ewwel ġebla ta’ dak li xi darba se jkun Kumpless Sportiv Reġjonali f’ Ħal Kirkop. Fuq din il-ġebla hemm miktub “Għas-Saħħa tal-moħħ u l-ġisem tal-poplu ta’ dawn l-inħawi” u tpoġġiet fit-30 ta’ Settembru, 2007, mill-eks-Ministru tal-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Xogħol, Louis Galea. Il-kelliem ewlieni tal-PL għall-isport u għaqdiet nazzjoanli saħaq li din il-wegħda ilha li saret mill-2005 u l-poplu u l-isportivi partikolarment ta’ dawn l-inħawi għadhom jistennew li din tkun imwettqa.  

Agius kompla billi qal li sentejn ilu ssemma wkoll li l-Gvern qiegħed ifittex sieheb strateġiku biex jagħti bidu ghall-progett ta’ Kumpless Sportiv fil-Qawra, bil-għan li r-residenti kollha fit-Tramunana ta’ Malta jkollhom żona rikreattiva attrezzata bil-faċilitajiet sportivi meħtieġa. Il-faċilitajiet il-ġodda kellhom ikunu mfassla b’tali mod li jgħinu biex jigi sfrutatt it-turiżmu sportiv u jkunu simili għal dak tal-Kottonera, Tal-Qroqq u ta’ Għawdex iżda Agius afferma li sal-lum għadna nittamaw!  

Riċentament, għal darb’oħra reġgħet issemmiet ir-rinnovazzjoni tal-post magħruf qabel bħala l-Marsa tal-Ingliżi iżda għal darb’ ohra Agius saqsa d-domanda : “X’se jiġri minn dan il-proġett?” Chris Agius tenna li l-Kumpless Sportiv tal-Marsa għandu ċertu importanza fl-isports lokali minhabba l-fatt li kien l-ewwel post li laqa’ fih numru sabiħ ta’ faċilitajiet sportivi li maż-żmien tħallew jintelqu għal riħhom. Agius irrikonoxxa illi kieku l-Gvern kien kapaċi jagħmel lista tal-prioritajiet f’dan is-settur żgur li llum il-kumpless sportiv fil-Marsa jinsab f’ sitwazzjoni aħjar milli hu.





2 Comments

  1. pajs says:

    Jiena nahseb li wiehed mil-progetti li hemm bzonnu hafna Malta huwa li ssir IINDOOR POOL , nahseb li dan jaghti boost tajjeb lil kull minn ghandu l-isport tieghu tal-ilma 

    [Reply]

  2. SPORTIV says:

    Smoke, smoke and more smoke…….election gimmicks……..halluna

    [Reply]

Leave a comment