Xogħol mill-MFA għall-ġid tal-pubbliku sportiv

Friday, August 26, 2011, 9:11
minn Catherine Micallef.
Ritratt: Joe Borg

Ritratt: Joe Borg

Waqt konferenza stampa li ġiet imnehdija dalgħodu ġewwa ċ-Ċentru Tekniku tal-Istadium Nazzjonali f’Ta’ Qali, wieħed seta’ jinnota minnufih ix-xogħol estensiv li qed isir mill-amministrazzjoni l-ġdida sabiex il-publiku Malti, il-klabbs u l-ġurnalisti jistgħu isegwu aħjar il-logħba tant għal qalbhom – il-logħba tal-futbol.

Il-konferenza stampa ġiet indirizzata mis-Sur Bjorn Vassallo, Kap Eżekuttiv tal-MFA, Adrian Borg f’isem il-Match Operations Department u Mark Attard –Media Officer tal-istess assoċjazzjoni.

Vassallo spjega kif wieħed mill-għanijiet ewlenin tal-amministrazzjoni l-ġdida huwa dak li jkun hemm upgrade għaż-żminijiet tal-lum il-ġurnata. L-isfida mhijiex biss fil-logħba tal-futbol iżda wkoll fil-marketing u fil-branding. Huwa rringrazzja lill-isponsors li reġgħu sostnew għal sena oħra l-istaġun tal-futbol Malti – Bank of Valletta, Maltco Lotteries u FXDD. “Din hija Assoċjazzjoni ħajja – assoċjazzjoni li tisma’ lil kulħadd” sostna Vassallo qabel beda jispjega s-sistema l-ġdida ta’ sigurta u biljetterija.
Ritratt: Joe Borg

Ritratt: Joe Borg

Fost ix-xogħlijiet li qed isiru, hemm Doping Room ġdida minflok id-dressing room li kienet tintuża qabel, kif ukoll Depot żgħir tal-pulizija fejn il-pulizija se jkollhom l-apparat tagħhom miġbur f’kamra apposta flimkien ma’ żewġ ċelel għal min jinqabad jagħmel atti mhux xierqa fl-istadium nazzjonali.

Il-Malta Football Association hija favur l-ambjent u filfatt qed tuża sistema ta’ Eco Friendliness fil-pixxina fejn qed tinbidel is-sistema kollha tal-ilma. It-turf tal-ground qed jiġi miżmum skond l-istandards b’għoli ta; 20-23ċentimentru biex b’hekk il-ballun jiġri iktar u l-logħob ikun jista’ jintlagħab b’pass iktar mgħaġġel.

Qed isir ħafna xogħol ukoll mar-referees Maltin  b’kuntratti ta’ tliet snin u inċentivi biex jimmotivaw lil dawk li jikkontrollaw il-logħba Maltija. Se jibdew isiru Exchanges fejn ir-referees Maltin jitilgħu jikkontrollaw logħbiet tal-Kampjonat domestiku fit-Turkija, Ċipru u l-Irlanda ta’ Fuq u viċe versa. L-MFA qed taħdem fuq mentoring sessions u fuq il-psikoloġija tar-refereeing permezz ta’ seminars u courses kontinwi u billi r-referees Maltin jinġabru kmieni qabel mil-logħob u jieklu u jieħdu l-mistrieħ tagħhom qabel il-logħob.

Is-sistema tal-biljetterija hija f’idejn Adrian Borg f’isem il-Match Operations Department u David Collina minn maltaticket.com. Il-UEFA insistiet li Malta għandha tkun bħal stadia oħra fl-Ewropa fejn irid jinħariġlek biljett f’sistema apposta elettronika.

Is-sistema elettronika se tkun qed taħdem f’erba’ stadia – Il-Grawnd Nazzjonali, il-Victor Tedesco Stadium, is-Centenary Stadium (f’każ ta’ kanċellazzjoni ta’ logħbiet) u fil-Hibs Stadium b’dan tal-aħħar li se jsirlu xogħol estensiv is-sena d-dieħla u allura s-sistema tal-biljetterija se tkun waħda kkompjuterizzata b’mod manwali.

Issemma wkoll il-Victor Tedesco Stadium li ġie mibdul totalment anki minħabba l-fatt li ħafna mil-logħob tal-Premier se jkun qed jintlagħab f’dan l-istadium kif ukoll fil-Hibs Stadium li issa sar jesa’ madwar 2000 spettatur u sar xogħol apposta ta’ re-seeding biex il-logħob jibda jintlagħab f’Raħal Ġdid sa mill-bidu tal-istaġun.

Hemm żewġ modi ta’ kif wieħed jista’ jidħol il-grawnd – jew permezz ta’ biljett jew permezz ta’ card apposta. Il-biljett jinqata’ mit-ticket booth qabel wieħed jgħaddi mit-turnstiles u ’il quddiem se jkun hemm faċilitajiet li wieħed jixtri l-bilett kmieni matul il-ġimgħa. Wieħed ta’ min jinnota li jekk spettatur xtara biljett minn Valletta side, dan bilfors irid jużah fil-Valletta side għax is-sistema ma tippermettilux li jużah f’sides oħra tal-istadium.

Rigward il-cards – hemm erba’ tipi – kollha b’kulur apposta:

Blue Card – Din tippermetti li wieħed jidħol fil-VIP area u jsegwi l-logħob kollu tal-BOV Premier u tal-U*Bet FA Trophy.

Blue and White Card – Din tippermetti li wieħed jidħol fil-VIP area u jsegwi l-logħob tal-BOV Premier u tal-U*Bet FA Trophy imma tal-klabb tiegħu biss. Ovvjament jista’ jsegwi l-logħba ta’ qabel u/jew ta’ wara.

Orange Card – Din tippermetti li wieħed jidħol fl-istand (mhux VIP) u jsegwi l-logħob kollu tal-BOV Premier u tal-U*Bet FA Trophy.

White Card – Din tippermetti li wieħed jidħol fl-istand (mhux VIP) u jsegwi l-logħob tal-BOV Premier u tal-U*Bet FA Trophy imma tal-klabb tiegħu biss. Ovvjament jista’ jsegwi l-logħba ta’ qabel u/jew ta’ wara.

L-MFA tixtieq tavża li għal logħob ta’ matul il-weekend li ġej, wieħed jista’ jixtri l-biljetti dirett qabel il-logħba. Il-prezzijiet tal-Kampjonat BOV Premier u tal-U*Bet FA Trophy huma l-istess jiġifieri – Adulti – Eur 6, Persuni ’l fuq minn 60 sena bil-Karta Anzjan Eur 4 u tfal taħt it-12-il sena Eur1. Il-prezzijiet għall-Kampjonat BOV tal-Ewwel, it-Tieni u t-Tielet Diviżjoni se jkunu s-segwenti: Adulti – Eur 5, Persuni ’l fuq minn 60 sena bil-Karta Anzjan Eur 2.50 u tfal taħt it-12-il sena Eur1.

Importanti li wieħed jinnota li ladarba persuna għaddiet il-barcode ta’ fuq il-biljett tagħha minn mal-magna, it-turnstile ittik ċans ta’ 8 sekondi biss biex tidħol. Ġa ladarba persuna daħlet, din ma tkunx tista’ terġa’ toħroġ u tidħol. Għalissa is-seating se jkun ‘free seating’ u wieħed jista’ jpoġġi fejn irid u mhux bis-siġġijiet innumerati.

Is-sigurta fil-West Stand se tiżdied hekk kif sar xogħol ġdid fil-West Stand u hemm ‘buffer zone’ fejn il-partitarji ma jistgħux jinżlu iktar mal-perspex. Din l-area hija kkontrollata mis-sistema ta’ CCTV cameras, u dan kollu qed isir biex dak li jkun ikun jista’ jiġi mal-familja jgawdi l-logħba tal-futbol.

Iktar ’il quddiem se jsir tibdil ukoll fit-toroq u se ssir ring road apposta biex il-parkeġġ ikun  magħluq għalih u f’każ ta’ partiti kbar ma jkunx hemm iktar konġestjoni ta’ traffiku. Din il-ħidma sfiqa ilha għaddejja matul dawn l-aħħar xhur u nhar il-Ġimgħa 2 ta’ Settembru wieħed se jkun jista’ jara b’għajnejh u jgawdi l-Istadium Nazzjonali hekk kif wara kollox l-ispettatur jixraqlu.





3 Comments

  1. CLINTON says:

    il prezzijiet ta season tickets ma seemejtuwx nahseb xi qasata ohra gejja …………..nistenew u naraw

    [Reply]

  2. Charles says:

    Prosit lil MFA !!! :) )

    [Reply]

  3. markus says:

    taf xma intqalx ?? il kumpanija li ghamlet din is sistema kemm ha idahal fil buwt ma kull partitarju li jithol il ground ??

    Aparti min hekk tifel ta sena tifel jew tifla ta sena tipretendu li thalsilhom ?? Ghalura jidispjecini najd li bid DEDE U B MIFSUD president bqajna listess (anzi pjutost ghar) qabel kont inhallas 8 euros ghalija , 4 ghal mara u zewg titfal ta 2 u ta 8 kienu jitlu b xejn, isa gejna 6 jien, 6 il mara u 2 euros it tfal. Flokk rahastu kif wghettu giet ghola min qabel, isthu jekk tafu.

    [Reply]

Leave a comment