Xhur impenjattivi għall-Lottaturi Maltin

Thursday, July 22, 2010, 15:02

Għall-Federazzjoni Maltija Lotta f’din is-sena hemm il-possibilta li tkun impenjata f’ħames avvenimenti internazzjonali f’ħames pajjiżi differenti.

Jesmond Giordimaina National Coach (left) with wrestler Abraham Vassallo at the 2009 Med Games

Jesmond Giordimaina National Coach (left) with wrestler Abraham Vassallo at the 2009 Med Games

F’Lulju Malta għal darb’oħra se tieħu sehem fil-Great Britain Cup li se ssir f’Sheffield fl-Ingiletrrra filwaqt li l-lottatur Malti, Abraham Vassallo, se jieħu sehem f’Tournament Internazzjopnali Militari fil-Finlandja f’Awissu. Fl-Ingilterra l-lottaturi Maltin jkunu Abraham Vassallo u David Zammit.   Mill-banda l-oħra, f’Settembru, Malta se tkun irrapreżentata fil-Kampjonati Mondjali Stil Liberu f’Moska fir-Russja bil-lottatur ewlieni tagħha Abraham Vassallo.

F’Settembru wkoll ikun hemm l-appuntament ta’ kull sena f’Palermo, Sqallija, fil-Grand Prix Sicilia li din is-sena se jkun abbinat mall-Coppa Italia. F’Palermo l-kontingent Malti se jkun wieħed imdaqqas.  Hemm possibilta li l-lotta Maltija tieħu sehem fil-Logħob tal-Commonwalth fl-Indja f’Ottubru ta’ din is-sena  permezz ta’ Abraham Vassallo.

Bħas-soltu l-lottaturi Maltin ikunu taħt id-direzzjoni tal-kowċ nazzjonali Malti Jesmond Giordimaina. Jekk il-fondi jippermettu jista’ jkun li l-Federazzjoni Maltija Lotta torganizza tournament internazzjonali żgħir aktar tard din is-sena.





Leave a comment