Xejn b`xejn u ma rajna xejn

Sunday, October 6, 2013, 9:44

minn Stephen Azzopardi

0 FLORIANA

0 BALZAN

Floriana u Balzan ħadu biss punt minn din il-logħba u ma taw l-ebda pjaċir lil min kien qed isegwihom.  Jesmond Zerafa ddebutta bħala kowċ fuq il-bank ta’ Balzan wara t-tkeċċija ta’ Riccardo Tummiati.

Fil-25 minuta kellna l-ewwel plejer ammonit li kien Rodrigo Frank Pereira.

Fis-27 minuta frikik limiti tal-kaxxa għal Floriana minn Bogdanovic li għadda ftit barra.

Fit-30 minuta cross ta’ Coronado lejn Steve Pisani u mix-xutt ta’ Bogdanovic,  bil-gowler Miguelez Martinez tefa’ f’corner.

Fl-34 minuta Coronado ġab waħdu lil Clyde Borg li kien fin-nofs tal-kaxxa, bix-xutt għadda għoli.

Fit-38 minuta Floriana kellhom iwettqu bidla sfurzata meta Luca Casha daħal minflok Daniel Bogdanovic.

Firt-42 minuta ġie ammonit Jose Luis Armario Negrin .

Fit-53 minuta, cross ta’ Pisani antiċipa lil gowler bil-ballun li baqa’ għaddej minn quddiem il-lasta imma Casha ma laħaqx.

Fis-57 minuta ġie ammonit Ibok Edit għal Floriana.

Fit-62 minuta kellna bidla għal Balzan meta Mark Spiteri daħal minflok Erjon Beu.

Fid-69 minuta Diogo Pinheiro De Souza daħal minflok Igor Coronado għal Floriana.

Fil-75 minuta Floriana wettqu bidla oħra meta daħal Christian Caruana minflok Steve Pisani.

Fis-76 minuta ċans kbir għal Balzan meta bi żball fid-difiża ta’ Floriana, il-ballun spiċċa f’corner.

Fid-79 minuta Ryan Darmanin daħal minflok Jose Luis Armario Negrin.

Fil-85 minuta xutt ta’ Brooke Farrugia li għadda barra.

Waqt il-ħin miżjud kellna xutt ta’ Pinheiro De Souza għal Floriana li mpenja lil gowler Balzaniz li laqa’ bil-ponn.

B’hekk Floriana issa għandhom 2 punti filwaqt li Balzan issa għandhom ħames punti.

Il-logħba kienet ikkontrollata mir-referee Adrian Azzopardi, assistit minn Roberto Vella u Albert Borg Cardona.  Ir-raba’ uffiċjal kien Mario Apap.

Id-difensur Niġerjan ta’ Floriana Ibok Edet ġie vvutat bħala l-plejer tal-logħba.

 




1 Comment

  1. Alfonso says:

    Well done for these reports 

    [Reply]

Leave a comment