Xahar mill-bidu tal- Barclays Premier League

Thursday, July 17, 2014, 8:46

minn Andre’ Xuereb

Anqas minn xahar il-bogħod mill-bidu tal-Barclays Premier League , wieħed mill-aktar kampjonati segwiti mill-maltin , din is-sena ser tkun taqtiegħa sħiħa bejn l-erbgħa ta’ fuq

Manchester United taħt it-tmexxija ta’ Louis Van Gaal diġa nefqu 60 miljun inglizi u mistennija li jkomplu jissaħħu qabel l-ewwel partita kontra Swansea

Forsi ħafna qegħdin jgħidu li Chelsea jibdew favoriti li jerbħu l-Barclays Premier League din is-sena speċjalment wara d-dizappunt ta din is-sena , bla eba dubju jew jasal il-kampjonat jew Chelsea jibdew ifittxu Manager gdid Ġunju li ġej

Liverpool kellhom staġun komplessivament tajjeb l-istaġun li għadda , izda fl-aħħar baqaw bla unuri , bit-tluq ta’ Suarez u l-introduzzjoni ta’ 4 plejers ġodda u aktar plejers viċin li jiffirmaw ma’ Liverpool , l- Scousers nemmen li ser ikunu aktar b’ saħħithom din is-sena

Champions tal-Kampjonat 2013-2014 , Manchester City akkwistaw tliet plejers ġodda fis-suq tat-trasferimenti , ikkunsidrati l-aktar tim komplut fil-kampjonat il-pressjoni se tkun bla ebda dubju fuq il-plejers biex jibqaw kostanti kemm jista jkun

It-tim l-ieħor ta’ Londra , Arsenal FC li għadhom kemm akkwistaw lil Alexis Sanchez mingħand Barcelona FC jibqaw wieħed mit-top five tal-kampjonat , madanakollu l-Gunners sena wara sena , jibdew tajjeb izda mbghad  ibattu aktar tard fil-kampjonat.





Leave a comment