Xaghra u Luqa javvanzaw

Thursday, September 5, 2013, 10:17

Minn Robert Busuttil

It-tim Ghawdxi ta’ Xaghra United kif ukoll Luqa  St Andrews ikkwalifikaw ghat-tieni rawnd tal-U BET FA Trophy meta rebhu l-konfronti taghhom kontra St Venera Lightnings u Sta Lucia  rispettivament.

Xaghra rebhu lil Sta Venera 2-1, f’loghba li kellha  tmur ghal hin barrani. Il-gowls tal-Ghawdxin waslu minn Raymond Owusu u Sunday Baala.

Min-naha taghhom Luqa St Andrews ghelbu lil girien Sta Lucia bl-istess skor. Kien Jason Galea li pogga lil Sta Lucia minn fuq izda l-Luqin dawru l-iskor favurihom permezz ta’ Charles Camilleri u Jason  Good.

Issa Xaghra jiltaqghu kontra Mqabba filwaqt li Luqa jistennew il-konfront bejn Kercem u St Lawrence Spurs sabiex ikunu jafu min se jkunu l-avversarji taghhom.





Leave a comment