World Cup 2014 – Bulgarija-Malta preview

Friday, March 22, 2013, 13:39

minn Andre’ Xuereb

Illum fil-17.00 fil-Levski Stadium ser tintlgħab il-logħba ta’ Kwalifikazzjoni għal- World Cup 2014 bejn il-Bulgarija u Malta.Fit-tliet konfronti preċedenti li l-Bulgarija kellhom f’dan il-Grupp ġewwa darhom ġabru 5 punti minn 9 ,draws mal-Italja u d-Danimarka u rebħa minima ta 1-0 kontra l-Armenia.L-Bulgarija jibdew favoriti li jiħdu it-tlett punti minn dan il-konfront anke minħabba is-sempliċi fatt li għaddejjin minn vena tajba.Ħafna opinjonisti Bulgari qed jajdu li l-għażla ta’ Penev bħala kowċ tat-tim nazzjonali kienet għażla għaqlija u li dan jista jkun il-Katalist li jerġa jifforma skwadra nazzjonali a pari livelli mal-iskwadra li kellhom il-Bulgarija fin-1994,speċjalment wara li l-Bulgarija rnexxilhom jegħlbu l-Olanda bl-iskor ta’ 2-1 f’ logħba ta’  ħbiberija.

Il-plejers l-aktar kruċjali għal Penev huma l-Captain Ivelin Popov ,  Stanislav Manolev u l-Goalkeeper Mihaylov .It-tim Bulgaru huwa tim organizzat ħafna iżda li sfortunatament għandu ħabta li jnaqqas ħafna mir-ritmu tard fit-tieni taqsima .Nikolay Mihaylov huwa l-goalkeeper no 1 indiskuss għal Penev ,goalkeeper b’riflessi tajbin ħafna .Fid-difiża l-plejers l-aktar importanti huma it-twins Yordan u Veselin Minev , Yordan huwa Right Back u Veselin Left Back,importanti ukoll huma ċ-ċentrali Ivan Ivanov u Nikolay Bodurov , it-tnejn difensuri twal u b’saħħithom.

F’nofs il-ground u fl-attakk , Penev jafda ħafna fi Vladimir Gadzhev biex jagħti dawk il-passes kruċjali lil sħabu fl-attakk ,determinanti ukoll huwa ż-żgħażugħ ta’ 21 sena  Georgi Milanov (Bulgarian footballer of the year 2012) u l-Attakant Ivelin Popov (il-captain tal-iskwadra nazzjonali)





Leave a comment