Wirja unika fil-Juventus Club Cuore Bianconero

Friday, July 31, 2015, 20:08

Nhar is-Sibt li ġej, hekk kif il-Juventus Club Cuore Bianconero tal-Imrieħel jiftaħ għal Open Day, fil-klabb se tkun għall-wiri kollezzjoni ta’ flokkijiet milbusa mill-captains ta’ Juventus bejn l-1967 u l-2015.

Dan ifisser li dawk li jattendu jistgħu jammiraw u jieħdu ritratt mal-flokkijiet ta’ Gianluigi Buffon, Alessandro Del Piero, Antonio Conte, Gianluca Vialli, Roberto Baggio, Stefano Tacconi, Sergio Brio, Antonio Cabrini, Gaetano Scirea, Dino Zoff, Giuseppe Furino, Gianfranco Leoncini u Sandro Salvadore.

Fil-klabb se jkun hemm għall-bejgħ ukoll flokkijiet oriġinali, kemm ta’ Juventus kif ukoll tat-tim nazzjonali Taljan, milbusa minn Michel Platini, Andrea Pirlo, Julio Cesar, Michele Padovano u Alessandro Altobelli.

Din l-esebizzjoni, li hi possibbli grazzi għal Noel Borg u l-Museo Storia di un Grande Amore, tibda fl-10:00, x’ħin tiftaħ l-Open Day, u tibqa’ għaddejja sal-17:00.

L-Open Day tibqa’ għaddejja sa wara l-logħba ta’ ħbiberija kontra Marseille, li se tintwera’ fil-klabb.

Intant maul il-ġurnata ġew mistiedna numru ta’ politiċi u persuni rinomati f’Malta li aċċettaw l-istedina tagħna. Dan se jkun ukoll messaġġ sabiħ ta’ kif l-isport kapaċi jgħaqqadna lkoll.





Leave a comment