Wirja tajba mill-Maltin mhux bizzejjed

Wednesday, July 7, 2010, 10:26

minn Colin Schembri

Danimarka 86 – Malta 73
(26-17)(17-14)(26-15)(17-27)

Li d-Danimarka huma l-ikbar qawwa f’dan il-Kampjonat Ewropew Detur Divizjoni C huwa fatt maghruf minn kulhadd. Team li sa tlett snin ilu kien qieghed jissielet ghall-post fill-finali tal-Eurobasket bi players li sa ftit staguni ilu kienu jilghabu fid-Divizjoni A. Pero kull min kien prezenti fil-padiljun sportiv f’Tal-Qroqq il-bierah zgur li hareg sodisfatt bill-wirja li taw il-players Maltin li baqaw fil-partita sal-ahhar hinijiet. Ghat-team Malti ddebutta l-player tal-Benetton Treviso Samuel Deguara.

Id-danizi bdew tajjeb imexxija mill-coach Peter Hoffman li snin ilu kien il-player barrani ta’ Depiro fill-kampjonat Malti. Sa nofs is-sessjoni huma kienu punt minn fuq hekk kif Deguara u Jackson bdew jirrispondu ghat-team Malti. Lejn tmiem il-perjodu three pointers ta’ Jakobsen u Johansen raw lit-team Daniz jinqata xi ftit fejn fethu vantagg ta’ 9 punti 26-17. Fit-tieni perjodu d-Danimarka baqaw jikkontrollaw il-vantagg fejn spikka Iversen, b’Jackson u Steve Schembri jwiegbu ghall-Maltin. Lejn tmiem is-sessjoni meta l-vantagg Daniz kiber ghall-18 il punt, it-team Malti bidel id-difiza u din il-mossa ta’ Bruno Di Pietrantonio halliet il-frott hekk kif steals minn Michael Naudi raw lil Maltin jaghmlu 6 punti minghajr risposta u sall-halftime id-distakk nizel ghal 12-il punt 43-31.

Pero fill-bidu tat-tielet sessjoni, id-Danizi hargu ferm agrressivi u hasdu lill Maltin b’run ta 10-2. Time-out mill-bank Malti rega halla l-frott ghax il-players Maltin ziedu l-agressivita fid-difiza pero Nielsen u Johansen baqaw ikunu qawwija ferm fl-attakki taghhom tant li fit-tmiem is-sessjoni d-Danimarka fethu vantagg qawwi ta’ 23 punt 69-46.

Il-players Maltin ma qatawx qalbhom u fir-raba’ sessjoni ghamlu sforz qawwi biex jippruvaw isalvaw il-partita. Run ta’ 10-0 u ohra ta’ 7-2 b’Deguara u Jackson jispikkaw raw lill Maltin inaqqsu d-distakk ghall 9 punti meta kien ghad fadal madwar tlett minuti biex tispicca l-partita. Pero d-Danizi hadu time-out u regaw dehru fuq il-court il-players Jakobsen, Johansen u Iversen u huma kkontrollaw l-ahhar tentattivi tal-Maltin fosthom dunk mill-isbah ta Samuel Deguara biex id-Danizi ghaddew ghas-semifinali bi skor ta’ 86-73.

Il-pubbliku Malti prezenti applawda l-wirja posittiva ferm tal-players Maltin u dan ghandu jimlijhom bill-kuragg ghall-partita decisiva tall-lum kontra l-Iskozja. Rebha ghat-team Malti tfisser li Malta taghddi ghall-ewwel darba ghas-semi-finali ta’ din il-kompetizzjoni. Il-partita tibda fis-sitta ta’ fl-ghaxija u minn hawn inheggu lill pubbliku sportiv Malti biex jattendi u jaghti s-support lill-players Maltin.

Danimarka: C. Nielsen 17, A. Jakobsen 12, M. Plnnthin, F. Nielsen, J. McFarlane, R.Soeby 3, M. Sahlertz 2, P. Johansen 23, C.Lindberg, N. Iversen 15, P. Knudsen, C. Hesseldahl.

Malta: Michael Naudi 4 Roderick Vella 4 Isaac Tanti, David Bugeja, Steve Schembri 12, Dirk Schembri 2, Peter Shoults 2, Darryl Jackson 24, Addison Bonnici , Kristin Baldacchino 2, Nigel Sultana 7, Samuel Deguara 23.

Dawn ir-ritrati huma migjuba lilkom minn Malcolm Sammut





Leave a comment