Wirja ta’ memorabilja tal-futbol

Wednesday, March 17, 2010, 6:44

Bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet biex ifakkru għeluq it-30 sena mit-twaqqif tagħhom, Arsenal Malta Supporters Club ser jorganizzaw wirja unika ta’ memorabilja tal-football, bil-parteċipazzjoni ta’ bosta Supporters Clubs oħra Maltin.

Fil-fatt f’din il-wirja, li ta’ xorta tagħha qed tittella’ f’Malta ghall-ewwel darba, qed jagħtu l-kontribut tagħhom ukoll is-supporters Clubs Maltin ta’ Manchester United, Chelsea, Milan, Liverpool, Bayern Munich, Roma, Juventus, Wolves u Inter.

Oġġetti relatati mal-football li jfakkru bosta avvenimenti fl-istorja ta’ dawn il-clubs glorjużi Ewropej, ser ikunu ghal wiri fir-Razzett tal-Hbiberija f’Marsaskala nhar il-gimgha 19 ta’ Marzu (festa pubblika) bejn id-disgħa ta’ fil-għodu u s-sitta ta’ filgħaxija.

Dawn jinkludu: t-trofew mgħoti lil Arsenal meta rebħu l-kampjonat Ingliz bla megħluba, edizzjoni unika tal-ktieb Opus Manchester United, kit komplut tal-goalkeeper ta’ Juventus Gianluigi Buffon mgħoti minnu stess waqt iż-żjara li kellu f’Malta u beritta tal-manager leggendarju ta’ Liverpool Bob Paisley.

L-għan tal-wirja huwa biex jingabru fondi ghal Fondazzjoni Inspire.





Leave a comment