- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Wirja stupenda minn Depiro tagħtihom it-tazza

Posted By sportinmalta1 On April 2, 2018 @ 5:58 pm In Basketball,Featured | No Comments

Bank of Valletta Knock-out Irġiel 2 Diviżjoni – FINALI

minn Colin Schembri

Balkan Fusion 77

Depiro 88

(16-22)(25-20)(18-14)(18-32)

Wirja mill-aqwa minn Depiro rathom jegħlbu lil Balkan Fusion

Ritratt: BOV Club - Stefan Abela

fil-finali tal-Bank of Valletta knock-out 88-77. Il-wirja ta’ Depiro kienet kollettiva però l-Amerikan Jack Nygaard kien fi klassi għalih u kien l-għażla ovvja għall-unur tal-MVP fi tmiem il-finali. Iżda wieħed ma jistax iħalli barra players bħal Kurt Xuereb u Nicholas Grech speċjalment fid-difiża u oħrajn bħal Matthew Borg u Marko Zloh li qamu għall-okkażjoni. Balkans, għamlu ħin twil jiġru wara l-avversarji però rnexxielhom idawwru r-riżultat u jiftħu vantaġġ ta’ 8 punti fil-ftuħ tar-raba’ taqsima qabel ma sofrew ir-rimonta qawwija ta’ Depiro. Iż-żewġ timijiet kienu bl-aħjar formazzjoni possibli bl-uniku nuqqas ikun ta’ Adam Chomo ta’ Depiro li għadu msiefer. Balkan ħadu l-ewwel vantaġġ wara punti minn Ivan Kumric u Bogdan Mrkojevic. Huma baqgħu fuq quddiem sas-sitt minuta meta żewġ trippli ta’ Depiro minn Nygaard u Zloh poġġewhom għall-ewwel darba minn fuq. Depiro komplew b’run ta’ 7-2 fosthom trippla oħra ta’ Nygaard biex temmew it-taqsima 22-16 minn fuq. Fit-tieni perjodu, Balkan naqqsu d-distakk permezz ta’ Alex Perunicic u Bogdan Ilic li kellhu three pointer. Depiro rrispondew bit-trippli ta’ Nygaard u l-punti ta’ Xuereb iżda Perunicic ukoll kellhu żewġ three pointers hekk kif Balkan ġħamlu l-iskor indaqs 39-39 fl-aħħar minuta. Depiro għalqu t-taqsima fuq quddiem wara three pointer ieħor ta’ Nygaard hekk kif Perunicic kiseb biss basket fl-aħħar attakk għal skor ta’ 42-41.

Wara l-intervall, Depiro kellhom l-aħjar bidu bil-punti ta’ Grech li

Ritratt: BOV Club - Stefan Abela

wkoll għamel three pointer biex kabbrilhom il-vantaġġ 47-41. Hawn Balkans bdew jirkupraw u f’temp ta’ ftit minuti marru fuq quddiem b’run ta’ 10-1 bil-punti ta’ Ilic u Perunicic. Għal tlett darbiet, Depiro waslu sa’ punt ‘l bogħod però punti minn Nicola Stankovic u Ilic ħallew lil Balkani fuq quddiem 59-56. Il-partita laħqet il-qofol tagħha fl-aħħar sessjoni b’basketball mill-isbaħ fuq iż-żewġ naħat. Trippla ta’ Mrkojevic u basket ta’ Ilic raw lil Balkan jiftħu vantaġġ ta’ 8 punti fl-ewwel żewġ minuti 64-56. Trippla ta’ Xuereb rat lil Depiro jibdew ir-rimonta tagħhom imħeġġa mill-coach Alfred Mifsud u sa’ nofs il-perjodu kienu diġa naqqsu d-distakk bin-nofs. Reġa’ kien Xuereb li bi three pointer ieħor poġġijhom fuq quddiem fis-seba’ minuta hekk kif Depiro għamlu run stupenda ta’ 15-2 u bdew l-aħħar minuta 82-73 minn fuq. L-aħħar sforz ta’ Balkan sarraf biss fi trippla ta’ Perunicic qabel ma ġie fouled out bid-Depiro jagħlqu l-partita b’sensiela ta’ free-throws minn Nygaard, Borg u ż-żagħżugħ Migeul Brincat biex rebħu l-partita 88-77. Fi tmiem il-partita s-Sur Peter Perotti Chief Officer Bank of Valletta ppreżenta l-unur tal-MVP lil Jack Nygaard u t-trofew tan-Knockout lil Depiro fost il-ferħ tal-players u l-partitarji.

Balkan Fusion: N. Radicevic, M. Stjepanovic, B. Ilic 21, I. Kumric 11,

Ritratt: BOV Club - Stefan Abela

S. Opojevlic 4, A. Perunicic 25, Z. Stankovic, B. Mrkojevic 5, N. Bukva, V. Lekovic, N. Stankovic 11.

 

Depiro: E. Briffa, A. Attard, N. Grech 18, J. Camilleri, M. Zloh 3, K. Xuereb 17, M. Borg 6, M. Brincat 2, M. Mallia, J. Nygaard 42, M. Debattista, J.Vibe 2.

Referees: Bernard Vassallo, Nicky Azzopardi, Tuomas Mantere.


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/wirja-stupenda-minn-depiro-taghtihom-it-tazza/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.