Wirja stupenda mill-Maltin tpoġġina fis-semi finali

Thursday, July 8, 2010, 10:39

minn Colin Schembri

Malta 89

Skozja 76

(20-21)(27-23(16-14)(26-18)

It-team Nazzjonali Malti ta waħda mill-aqwa wirjiet tiegħu f’dawn l-aħħar snin il-bieraħ fil-partita deċisiva tal-Kampjonat Ewropew Detur Diviżjoni Ċ tal-FIBA għal rebħa stupenda kontra l-Iskozja bl-iskor 89-76. Il-partita riedet tiddeċiedi min se jinagħqad mad-Danimarka fis-semi finali ta’ dan il-kampjonat u l-players Maltin taħt il-gwida tal-coach Bruno Di Pietrantonio laħqu dan it-tragward. Il-ferħ fit-tmiem il-logħba tal-players u l-coaches flimkien mall-pubbliku u l-amministrazzjoni tal-MBA kien ġustifikat hekk kif din kienet l-ewwel darba li t-team tal-irgiel wasal sa  dan l-istadju tal-kompetizzjoni. Il-partita kienet bilanċjata bill-vantaġġ jinbidel għall 11-il darba. Kienu l-Iskozja li kellhom l-aħjar bidu fejn immexxija mill-aqwa player taghhom Steven Leven fetħu vantaġġ ta’ 6 punti f’nofs l-ewwel sessjoni 12-6. Punti minn Samuel Deguara u Darryl Jackson raw lil Maltin inaqqsu d-distakk fejn fl-ahhar attakk tas-sessjoni kien hemm il-possibilita’ tal-vantaġġ Malti pero’ dan ma seħħx biex l-ewwel perjodu għalaq bl-Iskozja punt minn fuq 21-20.

It-team Malti mar fil-vantaġġ wara żewġ minuti logħob tat-tieni sessjoni 24-23 u f’nofs it-taqsima il-vantaġġ kien għadu ta’ punt 31-30. Leven baqa’ jkun l-iktar player perikoluż għall-Iskoċċizi għalkemm ir-risposta tal-Maltin ġiet kontinwament speċjalment minn Jackson u sal-half time it-team Malti kien tlett punti minn fuq 47-44.

Wara l-mistrieħ iz-żewġ coaches addottaw markament strett fuq l-iktar players li għamlu ħsara fl-ewwel taqsima b’Jackson immarkat strettament it-team Malti sab diffikulta għall-bidu tant li Skozja dawwru l-iżvantaġġ f’vantaġġ ta’ 4 punti 53-49. Pero’ hawn ġiet l-akbar run mill-Maltin b’Adison Bonnici u Kristin Baldacchino jidħlu iktar fix-xena u l-Maltin għamlu run ta 10-0 li dawwret l-iskor 59-53. Il-vantaġġ tat-team Malti baqa’ ta’ ħames punti sat-tmiem is-sessjoni 63-58.

Ir-raba’ u l-aħħar sessjoni kienet il-qofol ta’ kollox bil-Maltin jikkontrollaw il-furja inizzjali ta Skozja u jżommu vantaġġ ta’ 6 punti f’nofs is-sessjoni 75-69. Hawn reġa’ daħal fix-xena Leven u bill-punti konsekuttivi tiegħu Skozja għamlu run ta’ 9-0 li rathom idawwru l-iskor favur tagħhom 76-75 b’inqas minn tlett minuti biex tispiċċa l-partita. Three pointer stupend eżatt ma’ tmiem ta’ pussess minn Roderick Vella kien strumentali għall-Maltin għaliex ta kunfidenza lill-players u basket ieħor ta’ Vella u punti ta’ Michael Naudi fetħu t-triq tas-suċċess. L-Iskozja rrikorew għall-foul sistematiku biex iwaqqfu l-arloġġ pero’ l-Maltin kienu preċizi mill-free-throw line u xejn ma seta’ jżommhom milli jilħqu t-tragward tas-semi-finali għall-rebħa ta’ 89-76.

Malta: Michael Naudi 13, Roderick Vella 5, Isaac Tanti, David Bugeja, Steve Schembri 7, Dirk Schembri 2, Peter Shoults , Darryl Jackson 30, Addison Bonnici 8, Kristin Baldacchino 7, Nigel Sultana , Samuel Deguara 17.

Skozja: Garreth Lodge, Patrick Campbell, Grant Gibson, Laurie Costello 4, Josh Crolley, Daniel Donnelly 6, Micheal Lynn, Ross Campbell 7, Steven Leven 34, Thomas Pearson, Ikemefuna Attah 7, Simon Flochart 12.

Dawn ir-ritrati huma migjuba lilkom minn Malcolm Sammut





1 Comment

  1. Edmund Farrugia says:

    Imma in the semi final, coach Bruno showed his limitations but giving us ‘brodu’ display of basketball, losing heavily against Andorra.
    VATTENE BRODU BRUNO.

    [Reply]

Leave a comment