- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Wirja pożittiva mill-beach handball kontra Slovenja.

Posted By Sportinmalta On September 2, 2015 @ 12:54 am In Beach Games,Beach Soccer,Featured,Other | No Comments

Gavin Muscat

1st Mediterranean Beach Games – Pescara 2015

F’Pescara fl-ewwel ġranet ta’ kompetizzjoni fl-ewwel edizzjoni tal-Mediterranean Beach Games, fid-debutt tat-tim nazzjonali tal-Beach Handball, is-selezzjoni Maltija wara li sfat megħluba b’riżultati identiċi ta’ 2 – 0 mit-Tuneżija u mit-Turkija wettqet reazzjoni fit-tielet partita fejn wara li giet draw ta’ 1 – 1  mas-Slovenja kien wara shoot-out li ntemm 5 – 2 għas-Sloveni.L-aħħar logħba kontra l-Greċja spiċċat 2-0 għall-Greċja.

Filwaqt li wasal f’Pescara il-kontinġent tal-Beach Soccer immexxi mill-kowc Massimiliano DeCelis, il-koppja tal-Beach Volley Alison Borg u Thais Gatt kellhom l-ewwel sessjoni ta’ taħriġ flimkien mal-kowc Aaron Stivala.

It-tim nazzjonali tal-beach soccer jiddebutta fit-2 ta’ Settembru kontra l-Marokk.

Ir-riżultati u l-post fejn ġiet Malta fil-Beach Handball:

Malta vs Greece-Men's Beach Handball

The Malta Beach Soccer Team


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/wirja-pozittiva-mill-beach-handball-kontra-slovenja/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.