Winston Muscat maħtur kowċ ta’ Naxxar Lions

Thursday, November 3, 2011, 11:27

minn Cristian Muscat

Il-klabb mill-Kampjonat BOV l-Ewwel Diviżjoni Naxxar Lions ħatar lil Winston Muscat bħala l-kowċ il-ġdid tagħhom.

Muscat beda dan l-istaġun ma’ Marsaxlokk iżda tefa’ r-riżenja tiegħu fil-bidu tal-ġimgħa li għaddiet. Huwa mexxa lil Vittoriosa Stars fl-aħħar sentejn u qabel kien ikkowċja wkoll lil St Patrick fil-Kampjonat BOV l-Ewwel Diviżjoni.

Naxxar Lions bdew dan l-istaġun taħt il-gwida tal-kowċ Alex Delia li mexxa lill-klabb għall-żewġ promozzjonijiet konsekuttivi mill-Kampjonat BOV it-Tielet Diviżjoni għall-Kampjonat BOV it-Tieni Diviżjoni kif ukoll mill-Kampjonat BOV it-Tieni Diviżjoni għall-Kampjonat BOV l-Ewwel Diviżjoni. Il-kowċ Brażiljan Jairo Swirsky mexxa lill-klabb naxxari għal-logħba waħda fil-kampjonat wara r-riżenja ta’ Delia.

Preżentament, Naxxar Liosn jinsabu t-tieni mill-aħħar fil-Kampjonat BOV l-Ewwel Diviżjoni b’4 punti biss minn 6 logħbiet.





2 Comments

  1. Bugeja says:

    is-setilja ximkien WISTIN!!!

    [Reply]

    Val Skerrett Reply:

    Are you Vincent Bugeja a friend of Winston who had a 10 pin bowling place in Valletta I think, in 1966?

    [Reply]

Leave a comment