Wingfield fil-Kampionat tad-Dinja tal-Atletika

Friday, August 4, 2017, 17:55

Fit-tieni gurnata tal-Kampjonati tad-Dinja tal-Atletika organizzati mill-Federazzjoni Internazzjonali tal-Atletika – IAAF – fl-Istadium Olimpiku ta’ Londra, tidhol fl-azzjoni Charlotte Wingfield.
Wingfield hija l-unika atleta Maltija li ser tikkompeti f’dawn il-Kampjonati fejn ser tkun fl-azzjoni fil-100 metru. Il-heats tal-100 metru jibdew is-Sibt 5 ta’ Awissu mis-12.45 ta’ wara nofsinhar ‘ quddiem.
Is-sena 2017 kienet wahda memorabbli ghal Charlotte Wingfield fejn filwaqt li fil-Kampjonati Nazzjonali ghamlet record gdid tal-100 metru bi 11.54 sekondi, aktar qabel kisret wkoll ir-records nazzjonali kemm tas-60 metru indoor kif wkoll tal-200 metru, apparti li rebhet il-medalji tad-deheb fil-100 metru u l-200 metru fis-XVII Edizzjoni tal-Loghob tal-Istati Zghar tal-Ewropa f’San Marino u gimghat wara ghamlet l-istess fil-finali tal-Kampjonat tal-Ewropa ghat-timijiet tat-Tielet Divizjoni.





Leave a comment