Wilson Juniors tennis open 2013

Thursday, June 27, 2013, 8:15

Id-disa edizzjoni tal-Juniors’ Open Tournament organizzat minn Tennis Club Kordin flimkien mal-Malta Tennis Federation u sponsorjat minn Wilson permezz tal-agent taghhom f’Malta, Gordon Asciak, se jsir bejn id-19 u l-25 ta’ Lulju 2013. Applikazzjonijiet biex wiehed jippartecipa f’dan it-tournament jistghu jinkisbu minn Tennis Club Kordin jew xi wiehed mill-klabbs ewlenin tat-tennis f’Malta matul il-granet kollha tal-gimgha. Data tal-gheluq biex wiehed japplika hija l-Hadd 14 ta’ Lulju 2013.

Dawk it-tfal interessati fil-loghba tat-tennis huma mhegga biex jippartecipaw f’dan it-tournament f’xi wahda mill-kategoriji msemmija. Il-kategoriji kollha huma abbinati ma’ computer ranking points. Il-finalisti ta’ kull kategorija jircievu vouchers biex ikunu jistghu jinxtraw prodotti taht il-marka Wilson.

Kategoriji li wiehed jista’ jippartecipa fihom Under 18, Under 16, Under 14 u Under 12.It-tlugh tal-poloz that is-supervizzjoni tad-direttur tat-tournament (Malta Tennis Federation), se jsiru fl-ufficcju tal-klabb, Tennis Club Kordin, l-Erbgha 17 ta’ Lulju 2013 fis-19.00. Il-partecipanti kollha huma mistiedna biex jattendu.





Leave a comment