William Vella fis-seba’ post

Friday, June 3, 2011, 13:55

Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar tal-Ewropa

Minn Sandro Micallef li qed jirraporta minn Vaduz Liechtenstein uffiċjalment għal Melita Sports.

William Vella fil-kompetizzjoni tal-Prone. Ritratt Roberto Runza www.robertorunza.com

William Vella fil-kompetizzjoni tal-Prone. Ritratt Roberto Runza www.robertorunza.com

William Vella it-tiratur Malti li llum kien qed jikkompeti fil-kompetizzjoni tal-Prone fl-isparar spiċċa fis-seba’ post fil-klassifika finali. Vella ta’ min jgħid lil-Prone mihiex il-kompetizzjoni ideali tiegħu minħabba li hu jippreferi l-Air Rifle. Sfortunatament Malta m’hemmx post fejn wieħed jista’ jipprattika l-Prone.

Punt pożittiv għall-Vella kien li kellu mumenti fejn beda jispara tajjeb u sal-ewwel żewġ rounds kien qed jilgħab għar-raba’ u l-ħames post. Fl-aħħar żewg rounds falli xi miri u qata’ lura 

Fl-ewwel sitt rounds Vella kellu total ta’ 555.15 punt. Fit-Tieni round hu spara l-aħjar fost il-kompetituri kollha medja ta’ 97 punt.

Fi tmiem il-kompetizzjoni William Vella ikkummenta hekk “Fl-ewwel rounds kont qed nispara tajjeb ħafna u kelli wkoll ċans għall-midalja imma fl-aħħar żewġ rounds ma’ nafx x’ġara. Forsi kienet xi ħaġa teknika għax qatt ma sparajt żewġ rounds bħal dawk. Sa tliet ġimgħat ilu mort kompetizzjoni fl-Italja u sparajt tajjeb fejn għamilt skor ta’ żewġ punti aħjar minn dak li rebaħ id-deheb illum. Għadni ma nafx x’ġara.

Meta mistoqsix’jaħseb mill-fatt liMalta m’hemm post għall-isparar tal-Prome hu qal li mhix kwistjoni ta’ faċilitajiet għax kont qed immur kull xahar nittrenja barra bil-għajnuna tal-KOM u l-flus li ħriġt minn  buti u rbaħt żewġ kompetizzjonijiet b’punteġġ ta’ 582 li hu tajjeb ħafna għal ftit żmien li ilni nispara. Issa rrid nara x’ġara, nitgħallem mill-iżbalji u nħares ‘il quddiem,” temm Vella.

Ritratti Roberto Runza www.robertorunza.com





Leave a comment