- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

William Hili u Stephanie Alden fost is-suċċess komplet ta’ The Cyclist

Posted By Sportinmalta On July 2, 2016 @ 7:26 pm In Cycling,Featured,Other | No Comments

Gavin Muscat

Il-Kampjonat Nazzjonali tar-Road Race organizzat mill-Federazzjoni Maltija taċ-Ċikliżmu  kompla nhar il-Ħadd 12 ta’ Ġunju 2016 bit-tieni tiġrija minn tlieta li saret fuq il-korsa Ta’ Penellu, l-Mellieħa.       Għaċ-ċiklisti tal-Klubb The Cyclist reġgħet kienet ġurnata mill-aqwa fejn William Hili u Stephanie Alden rebħu l-kategoriji rispettivi tal-Elite u dik Feminili.

William Hili reġa spiċċa l-ewwel f’ħin ta’ 1:20:23.41 quddiem sieħbu c-champion renjanti Maurice Formosa (1:20:44.40), filwaqt li James Mifsud tat-Team Greens spiċċa t-tielet f’ħin ta’ 1:20:46.24. B’hekk Hili jinsab jillidja l-klassifika ġenerali b’punti massimi. Il-Kategorija Feminili kienet iddominta għal darb’oħra minn ċiklisti ta’ The Cyclist fejn fl-ewwel tliet postijiet spiċċaw rispettivament Stephanie Alden, Hannah Pace u Marie Claire Aquilina. Apparti dawn ir-rebħiet, The Cyclist rebħu wkoll il-Kategorija tal-Juniors permezz tal-promettenti Nicholas Attard Montaldo, kif ukoll dawk tal-50+ permezz ta’ Steve Bell. Il-klubb tal-Mosta AF Sign Studio CC reġgħu rebħu l-Kategoriji rispettivi tal-Under 15 permezz ta’ Veronique Pace Asciak u Julian Gauci, kif ukoll is-60+ permezz ta’ Emmanuel Camilleri. It-Team Greens reġa kellu suċċess ieħor minn Michael Camilleri fil-Kategorija 40+.

Wara t-tiġrijiet, iċ-ċiklisti rebbieħa kienu ppreżentati bil-medalji. It-tiġrija li jmiss hija t-tielet u l-aħħar waħda tal-Kampjonat Nazzjonali tar-Road Race ser issir nhar il-Ħadd 26 ta’ Ġunju fil-korsa taż-Żurrieq.

Riżultati kollha:

Elite

1. William Hili – The Cyclist CC 1:20:23.41

2. Maurice Formosa  - The Cyclist CC 1:20:44.40

3. James Mifsud – Team Greens 1:20:46.24

Femminili

1. Stef Alden – The Cyclist CC 1:03:42.50

2. Hannah Pace – The Cyclist CC 1:03:48.13

3. Marie Claire Aquilina – The Cyclist CC 1:05:36.27

Juniors Male

1. Nicholas Attard Montaldo – The Cyclist CC  00:57:33.27

2. Kurt Muscat – Mosta AF Sign Studio CC  1:04:21.64

3. Brandon Sultana – Gozo Greyhounds CC 1:04:44.95

Rebbieħa tal-Kategoriji l-oħra

F15  1. Veronique Pace Asciak – Mosta AF Sign Studio CC 37:19.00

Under 15 Male

M15  1. Julian Gauci – Mosta AF Sign Studio CC 29:25.94

Masters

40+   1. 60 Michael Camilleri – Team Greens 1:00:47.01

50+   1. 102 Steve Bell – The Cyclist CC 00:50:46.68

60+   1. 86 Emmanuel Camilleri – Mosta AF Sign Studio CC 00:53:38.39

————————————————————————————————————————————————————-

Gallery

————————————————————————————————————————————————————-

————————————————————————————————————————————————————-

Stephanie Alden

————————————————————————————————————————————————————-

William Hili

 


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/william-hili-u-stephanie-alden-fost-is-success-komplet-ta-the-cyclist/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.