William Chetcuti maħtur Ambaxxatur tal-K.O.M

Friday, April 29, 2011, 19:28

William Chetcuti maħtur Ambaxxatur tal-K.O.M

Il-Kumitat Olimpiku Malti, waqt il-Laqgħa tal-Eżekuttiv li saret nhar il-Ħamis 28 ta’ April 2011, filwaqt li għal darb’ohra nnota b’sodisfazzjon is-suċċess miksub mit-tiratur WILLIAM CHECTCUTI fl-edizzjoni ta’ Beijing tat-Tazza tad-Dinja Double Trap tal-Federazzjoni Internazzjonali tal-isparar, ħatar b’effett immedjat lill-istess William Chetcuti bħala Ambaxxatur tal-Kumitat Olimpiku Malti fuq livell lokali u internazzjonali b’rikonoxximent għal dak li huwa wettaq fl-iżvilupp kostanti tal-isport Malti.

WILLIAM CHETCUTI bl-għajnuna fost l-oħrajn tal-Kumitat Olimpiku Malti u s-Solidarjeta Olimpika fi hdan il-Kumitat Olimpiku Internazzjonali mill-2001 sar l-atleta li kiseb l-aqwa riżultati fuq livell dinji f’dixxiplina olimpika. Is-successi miksuba minnu huma bla dubju ta’ ispirazzjoni għal kull atleta ieħor fi ħdan il-Kumitat Olimpiku Malti .





Leave a comment