William Chetcuti jirbaħ il-World Cup tad-Double Trap

Tuesday, July 12, 2016, 20:08

Gavin Muscat

Is-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport l-Onorevoli Chris Agius, jawgura lil William Chetcuti li rebaħ il-World Cup tad-dixxiplina tad-Double Trap li saret f’Baku l-Ażerbajġan.

Chetcuti laqat 139 plattina minn 150 fil-fażi ta’ kwalifikazzjoni.   Fis-semifinali rnexxielu jolqot 29 minn 30 plattina biex hekk spara fil-finali għall-ewwel u t-tieni post kontra t-tiratur Taljan Marco Innocenti li laqat daqsu fis-semifinali.  Fil-finali reġa kellna parita bejn iż-żewġ tiraturi li laqtu 28 plattina minn 30 kull wieħed, u allura sfurzaw shoot off li rebaħha William Chetcuti, b’Innocenti jkollu jikkuntenta bit-tieni post.  Fit tielet post spiċċa it-tiratu Ċiniż Junjie Mo.

Kemm il-Forzi Armati ta’ Malta u SportMalta jagħtu s-sostenn tagħhom lil William Chetcuti, li b’din ir-rebħa kompla jikkonferma kemm l-investiment tal-Gvern f’atleti ta’ dan il-kalibru u f’dan l-isport qiegħed isarraf f’riżultati.  L-isport tal-isparar minn dejjem ġab lejn pajjiżna suċċessi u allura huwa għaqli li l-Gvern ikompli jinvesti, kif qiegħed jagħmel, sabiex l-atleti jkollhom il-faċilitajiet sabiex jitħarrġu bl-aħjar mod possibli.

 

William u Jimmy





Leave a comment