William Amamoo sospiż minn Floriana FC

Thursday, August 18, 2011, 16:01

minn Cristian Muscat

Matul il-ġurnata tal-Erbgħa iltaqa’ l-kumitat ta’ Floriana FC biex jiddiskuti l-aġir tal-goalkeeper mill-Ghana William Amamoo fis-sigħat ta’ qabel il-finali tal-BOV Super Cup kontra l-arċi-rivali eterni Valletta, liema finali Valletta rebħu bl-iskor komdu ta’ 3 b’xejn b’hat trick tal-captain tat-tim nazzjonali u plejer tal-mument Michael Mifsud.

Fil-fatt, ftit qabel din il-logħba Amamoo qal lill-kowċ tal-Greens Michael Woods li ma riedx jieħu sehem f’din il-logħba u b’hekk ġie utilizzat il-goalkeeper eks Birkirkara Manuel Bartolo. Wara evalwazzjoni konsiderevoli tal-fatti, il-plejer ġie meqjus li mar kontra termini fil-kuntratt tiegħu ma’ Floriana FC.

B’hekk, b’effett immedjat il-kumitat ta’ Floriana FC qed jissospendi lil William Amamoo għall-perjodu massimu permess mir-regolamenti tal-MFA. L-MFA ġiet infurmata b’din id-deċiżjoni meħuda mill-kumitat ta’ Floriana FC.





3 Comments

  1. ljun feroci says:

    bad losers min ikkisser is siggijiet u players beltin isawtu lil player furjaniz.ghadkomma nizziltuwix it telfata trophy man……………

    [Reply]

  2. FORZA VALLETTA CITY says:

    VERY BAD LOOOOOSEEEERS

    [Reply]

    Anti Valletta Reply:

    Tinsiex pero li ahna ma kissirnix grawnd bhal xi “nies” ohrajn…

    [Reply]

Leave a comment