Wieħed, tnejn u l-Balzan telgħin

Sunday, August 25, 2013, 9:54

minn Robert Busuttil


Balzan……….2

Rabat Ajax….0


It-tim pjuttost ġdid ta’ Balzan kiseb l-ewwel rebħa staġjonali meta f’logħba li ntlagħbet fil-Victor Tedesco Stadium fil-Ħamrun, għelbu lir-Rabtin u telgħu momentarjament fl-ewwel post tal-klassifika.

Kien dwell interessanti li kellna bejn iż-żewġ attakanti Spanjoli Moises Avila Perez għal Rabat u Luis Armaro Negrin għal Balzan.

Rabat ippruvaw joħolqu diversi ċansijiet iżda sabu lill-gowler Balzani Daniel Miguel Martinez f’forma mpekkabbli u salva diversi blalen perikolużi.

Fl-24 minuta FIRAZ ABOULEZZ fajjar xutt li ġie mxellef minn xi difensuri Rabtin sabiex il-gowler spiċċa naħa u l-ballun oħra u fetaħ l-iskor għat-tim tiegħu.

Balzan irduppjaw fil-75 minuta meta STEVE BEZZINA xxuttja ferm tajjeb u ħasad lil Velimirovic bejn il-lasti Rabtin.

B’hekk Balzan irnexxielhom jieħdu t-tliet punti li jistgħu jiswewhom mitqlu deheb għall-kors tal-istaġun u komplew jikkonfermaw li mexjin fit-triq it-tajba.





Leave a comment