White Eagles Sliema Daikins jilħqu l-aspettattivi għal dan l-istaġun

Wednesday, April 27, 2011, 16:49

minn Cristian Muscat

Mill-Kampjonat Lokali tal-futsal tal-Ewwel Diviżjoni, White Eagles Sliema Daikins temmew l-kampjonat fis-sitt post u għalhekk ikkonfermaw posthom fl-ogħla diviżjoni tal-kampjonati nazzjonali tal-futsal għall-istagun li ġej.

Dalgħodu dan is-sit għamel kuntatt ma’ Renato Vella, membru fil-kumitat ta’ l-istess White Eagles Sliema Daikins fejn qalilna li jinsabu kuntenti b’ din il-pożizzjoni finali f’ dan l-istaġun u bil-wirjiet in ġenerali ta’ dan it-tim fil-kampjonat hekk kif il-mira ewlenija tagħhom f’ dan l-istaġun kienet li jsalvaw posthom fil-Kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni. Tajjeb nghidu li ma’ dan it-tim hemm għoxrin plejer reġistrat fosthm l-ex plejer ta’ Valletta u Sliema Wanderers fil-Kampjonat BOV Premier Nenad Veselji. White Eagles Sliema Daikins twaqqfu sitt snin ilu, fis-sena 2005.





Leave a comment